Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/214/09

Avviż ta' informazzjoni – Konsultazzjoni pubblika – Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 13–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/13


AVVIŻ TA' INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali

2012/C 214/09

In-negozjati għal Ftehim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u bejn l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, ġew konklużi. F’dan il-kuntest, qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea, bħala indikazzjonijiet ġeografiċi, għall-ismijiet imniżżlin hawn taħt.

Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew lil kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex tressaq l-oġġezzjonijiet tagħha għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif dovut (1).

Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jintbagħtu lil dan l-indirizz tal-posta elettronika:

AGRI-B1@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-perjodu taż-żmien stabbilit hawn fuq, u jkunu juru li l-isem li għalih qiegħda tiġi proposta l-protezzjoni jkun:

(1)

konfliġġenti mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem, u b’hekk probabbilment ikun se jfixkel lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(2)

kompletament jew parzjalment omonimu ma' isem li diġà huwa protett fl-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (2) dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel u r-Regolament (KE) Nru 110/2008 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż; jew stipulat fil-ftehimiet li l-Unjoni Ewropea tkun ikkonkludiet ma' pajjiż minn dawn li ġejjin:

Ir-Repubblika tal-Albanija: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/580/KE (4) tat-12 ta' Ġunju 2006 dwar l-Iffirmar u l-Konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u Affarijiet marbuta mal-Kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (il-Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbejjed, ix-xorb alkoħoliku u l-inbejjed aromatizzati);

Il-Bosnja-Ħerzegovina: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE (5) tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (il-Protokoll 7);

Il-Kanada: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/91/KE (6) tat-30 ta' Lulju 2003 dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti;

Ir-Repubblika taċ-Ċilì: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE (7) tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, u b’mod partikulari l-Artikolu 90 li jistabbilixxi l-Ftehim dwar il-Kummerċ fix-Xorb Alkoħoliku u x-Xorb Aromatizzat;

Il-Kroazja: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/918/KE (8) tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f'ċerti nbejjed, ir-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ inbejjed, ir-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat;

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/916/KE (9) tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f’ċerti inbejjed, ir-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed u r-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat;

Il-Messiku: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE (10) tas-27 ta' Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni ta' spirti alkoħoliċi;

Il-Montenegro: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE (11) tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra;

L-Afrika t'Isfel: id-Deċizjoni tal-Kunsill 2002/52/KE (12) tal-21 ta' Jannar 2002 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel dwar kummerċ fi spirti;

L-Isvizzera: id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE (13) dwar il-Ftehim dwar Kooperazjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera, u b'mod partikulari l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-negozju tal-prodotti agrikoli:

l-Anness 7 kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt dwar l-Agrikoltura, maħluq mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewopea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Kummerċ ta’ Prodotti Agrikoli tat-3 ta’ Mejju 2012 (14);

l-Anness 8, kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 2/2012 tal-Kumitat Konġunt dwar l-Agrikoltura, maħluq mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewopea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Kummerċ ta’ Prodotti Agrikoli tat-3 ta’ Mejju 2012 (15);

L-Isvizzera: id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li temenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (16);

Il-Ġeorġja: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/164/UE (17) tal-14 ta’ Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel;

Il-Korea: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE (18) tas- 16 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra;

(3)

fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama tal-marka kummerċjali u t-tul ta' żmien li ilha tintuża, aktarx ser ifixkel lill-konsumatur fir-rigward tal-identità vera tal-prodotti;

(4)

ser jipperikola l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku, jew ta’ marka kummerċjali, jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(5)

jitqies bħala ġeneriku, jekk dan jista' jirriżulta mid-dettalji mogħtija.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b'rabta mat-territorju tal-Unjoni Ewropea, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew it-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea tiddependi mill-konklużjoni b’suċċess ta’ dawn in-negozjati, kif ukoll mill-atti legali sussegwenti.

Dan l-avviż huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet mill-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras jew il-Panama, skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, kif xieraq.

Lista ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi għax-xorb spirituż, il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (19)

Klassi tal-prodotti

L-isem kif irreġistrat fil-Kosta Rika

Frott

Banano de Costa Rica

Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat: kafè

Café de Costa Rica


Klassi tal-prodotti

L-isem kif irreġistrat f’El Salvador

Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat: kafè

Café Apaneca-Ilamapetec

Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat: Estratt tal-pjanti

Bálsamo de El Salvador


Klassi tal-prodotti

L-isem kif irreġistrat fil-Gwatemala

Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat: kafè

Café Antigua

Xarba spirituża

Ron de Guatemala


Klassi tal-prodotti

L-isem kif irreġistrat fil-Ħonduras

Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat: kafè

Cafés del Occidente Hondureño/ Honduras Western Coffee

Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat: kafè

Café de Marcala


Klassi tal-prodotti

L-isem kif irreġistrat fil-Panama

Xarba spirituża

Seco de Panamá


(1)  Il-proċedura ta’ oġġezzjoni skont din il-konsultazzjoni pubblika, fir-rigward tal-indikazzjoni ġeografika “Ron de Guatemala”, hija mingħajr preġudizzju għall-oġġezzjoni għall-protezzjoni ta’ dan l-isem skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż, ippubblikat f’ĠU C 168, 14.6.2012, p. 9.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(4)  ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.

(6)  ĠU L 35, 6.2.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 342, 27.12.2001, p. 42.

(9)  ĠU L 342, 27.12.2001, p. 6.

(10)  ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15.

(11)  ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.

(12)  ĠU L 28, 30.1.2002, p. 112.

(13)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(14)  ĠU L 155, 15.6.2012, p. 1.

(15)  ĠU L 155, 15.6.2012, p. 99.

(16)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 1.

(17)  ĠU L 93, 30.3.2012, p. 1.

(18)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1.

(19)  Ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Awtoritajiet tal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, fil-qafas tan-negozjati.


Top