Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/204/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6651 – Goldman Sachs/William C. Young/Plastipak Holdings) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 204, 12.7.2012, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 204/43


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6651 – Goldman Sachs/William C. Young/Plastipak Holdings)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 204/07

    1.

    Fil-5 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fondi ġestiti minn The Goldman Sachs Group, Onc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti), liema kumpanija wkoll tagħti pariri dwarhom, u s-Sur William C. Young, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Plastipak Holdings, Inc. (“Plastipak”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Goldman Sachs: kumpanija globali li toffri servizzi bankarji ta' investiment, sigurtajiet u servizz għall-ġestjoni tal-investimenti,

    għas-Sur William C. Young: persuna fiżika li tikkontrolla għadd ta’ impriżi,

    għal Plastipak: manifattur ta’ reżini tal-plastik, kontenituri għall-imballaġġ u proformi tal-plastik, involut ukoll f’operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ għall-produzzjoni ta’ materja prima riċiklata tal-plastik, wara l-użu mill-konsumaturi.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6651 – Goldman Sachs/William C. Young/Plastipak Holdings, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top