EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/127E/01

Minuti tas-seduta tat- 13 ta’ Frar 2012

ĠU C 127E, 1.5.2012, p. 1–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 127/1


It-Tnejn 13 ta’ Frar 2012
MINUTI TAS-SEDUTA TAT-13 TA’ FRAR 2012

2012/C 127 E/01

Werrej

1.

Tkomplija tas-sessjoni

2.

Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti ta’ qabel

3.

Kompożizzjoni tal-Parlament

4.

Nomina tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri Parlamentari

5.

Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

6.

Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta’ Proċedura)

7.

Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

8.

Dokumenti mressqa

9.

Mistoqsijiet orali (tressiq)

10.

Petizzjonijiet

11.

Azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

12.

Ordni tal-ħidma

13.

Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

14.

Is-sitwazzjoni tal-persuni mingħajr dar fl-Ewropa b'riżultat ta’ dan iż-żmien twil ta’ kesħa (dibattitu)

15.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ***I (dibattitu)

16.

L-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji ***I (dibattitu)

17.

Rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro ***I (dibattitu)

18.

L-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi (dibattitu)

19.

Riprogrammazzjoni tal-fondi strutturali bl-għan li jiġi miġġieled aħjar il-qgħad fost iż-żgħażagħ u li jiġu megħjuna l-SMEs (dibattitu)

20.

Diskorsi ta’ minuta dwar kwistjonijiet ta’ importanza politika

21.

L-aġenda tas-seduta li jmiss

22.

Għeluq tas-seduta

REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-13 TA’ FRAR 2012

PRESIDENZA: Martin SCHULZ

President

1.   Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.

2.   Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti ta’ qabel

Marian Harkin kienet preżenti għas-seduta tal-1 ta’ Frar 2012 imma isimha ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.

Il-Minuti tas-seduti tal-1 ta’ Frar 2012 u t-2 ta’ Frar 2012 ġew approvati.

3.   Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għarrfu dwar l-elezzjoni ta’ Phil Bennion bħala Membru tal-Parlament Ewropew biex jissostitwixxi lil Elizabeth Lynne.

Il-Parlament ħa nota ta’ dan b'seħħ mis-6 ta’ Frar 2012.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Phil Bennion jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet marbuta ma’ din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma’ dik ta’ Membru tal-Parlament Ewropew.

Kurt Lechner ippreżenta r-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mis-17 ta’ Marzu 2012.

Skont l-Artikolu 4, paragrafu 1, tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-fatt li s-siġġu tiegħu se jkun vojt minn dakinhar u jinforma l-awtorità nazzjonali kkonċernata.

4.   Nomina tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri Parlamentari

Il-President ħabbar li nnomina għall-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri Parlamentari, skont l-Artikolu 7 tal-Kodiċi ta’ Mġiba għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta’ interessi (Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura), id-deputati li ġejjin bħala membri: Carlo Casini, Evelyn Regner, Cecilia Wikström, Gerald Häfner, Sajjad Karim, u bħala membri sostituti: Jiří Maštálka u Francesco Enrico Speroni.

5.   Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mingħand il-gruppi PPE, S&D, ALDE, Verts/ALE, GUE/NGL u mis-Segretarjat tan-NI t-talbiet ta’ nomina li ġejjin:

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku: Satu Hassi; Mikael Gustafsson m'għadux membru sħiħ

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo: Nikos Chrysogelos

Delegazzjoni għall-Kumitati ta’ Koperazzjoni Parlamentari UE-Armenja, UE-Azerbajġan u UE-Ġeorġja: Elena Băsescu minflok Peter Jahr

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì: Pilar Ayuso minflok Luis de Grandes Pascual

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Iżrael: Isabelle Durant minflok Franziska Katharina Brantner

Delegazzjoni għall-Kumitati Parlamentari għall-Kooperazzjoni UE-Kazakhstan, UE-Kirghizistan u UE-Użbekistan u delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet mat-Taġikistan, it-Turkmenistan, u l-Mongolja: Nicole Kiil-Nielsen minflok Bart Staes

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Komunità Andina: Luis de Grandes Pascual

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Mercosur: Ana Miranda; Pilar Ayuso m'għadhiex membru sħiħ

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: Dolores García-Hierro Caraballo minflok Antolín Sánchez Presedo

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel: Antolín Sánchez Presedo minflok Dolores García-Hierro Caraballo

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Parlament Pan-Afrikan: Sabine Lösing; Isabella Lövin m'għadhiex membru sħiħ

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Isabella Lövin minflok Nicole Kiil-Nielsen

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Malika Benarab-Attou minflok Raül Romeva i Rueda

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latina-Amerikana: Ana Miranda

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: Werner Schulz minflok Ulrike Lunacek

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Iran: Peter Jahr minflok Kurt Lechner; Franz Obermayr m'għadux membru sħiħ

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: Christian Ehler minflok Elmar Brok

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina: Elmar Brok minflok Herbert Reul

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Penisola Koreana: Herbert Reul minflok Christian Ehler

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Awstralja u n-New Zealand: Hannu Takkula minflok Jean-Luc Bennahmias

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Maxreq: Franz Obermayr minflok Martin Ehrenhauser

Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: Daniël van der Stoep

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta’ dawn il-Minuti.

6.   Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta’ Proċedura)

Il-kumitat kompetenti ressaq il-corrigendum li ġej ta’ test approvat mill-Parlament Ewropew:

 

Korriġendum (P7_TA-PROV(2011)0486(COR01)) tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari tal-15 ta’ Novembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Bejgħ bin-Nieqes u ċerti aspetti tas-Swaps ta’ Inadempjenza tal-Kreditu P7_TA-PROV(2011)0486 - (COM(2010)0482 – C7-0264/2010 – 2010/0251(COD))

 

Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta’ Proċedura, dan il-corrigendum jitqies approvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta’ mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.

 

Il-corrigendum hu disponibbli fuq is-sit Séance en direct.

7.   Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta’ Proċedura):

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (00075/2011/LEX - C7-0037/2012 - 2011/0223(COD))

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (00004/2012/LEX - C7-0036/2012 - 2008/0183(COD))

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (00064/2011/LEX - C7-0035/2012 - 2011/0193(COD))

8.   Dokumenti mressqa

Tressqu dawn id-dokumenti li ġejjin:

1)

mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

Miżuri ta’ traspożizzjoni tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti [riformulazzjoni] (N7-0040/2012 - C7-0031/2012 - 2010/0207(COD))

irreferut

responsabbli: ECON

opinjoni: JURI, IMCO, JURI

2)

mill-kumitati parlamentari

2.1)

rapporti

* Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (COM(2011)0216 - C7-0145/2011 - 2011/0094(CNS)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Raffaele Baldassarre (A7-0002/2012)

* Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2011)0813 - C7-0500/2011 - 2011/0390(CNS)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Pervenche Berès (A7-0011/2012)

*** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (07763/2010 - C7-0272/2011 - 2009/0168(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Timothy Kirkhope (A7-0013/2012)

*** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni (12712/2010 - C7-0430/2010 - 2010/0125(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Annemie Neyts-Uyttebroeck (A7-0016/2012)

*** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (15178/2011 - C7-0003/2012 - 2011/0257(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Carl Haglund (A7-0017/2012)

Rapport dwar il-kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012 (2011/2319(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Jean-Paul Gauzès (A7-0018/2012)

Rapport dwar aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012 (2011/2320(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Marije Cornelissen (A7-0021/2012)

***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (COM(2011)0079 - C7-0059/2011 - 2011/0038(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kurt Lechner (A7-0022/2012)

*** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (15975/2010 - C7-0432/2010 - 2010/0248(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: José Bové (A7-0023/2012)

*** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (11343/2010 - C7-0207/2011 - 2010/0093(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Emilio Menéndez del Valle (A7-0026/2012)

Rapport dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Taqsima X – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2012/2001(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Derek Vaughan (A7-0030/2012)

* Rapport dwar il-ħatra proposta ta’ Baudilio Tomé Muguruza bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (N7-0002/2012 - C7-0015/2012 - 2012/0801(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A7-0036/2012)

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (COM(2011)0295 - C7-0140/2011 - 2011/0131(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Hans-Peter Martin (A7-0439/2011)

* Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (COM(2011)0296 - C7-0189/2011 - 2011/0128(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Hans-Peter Martin (A7-0440/2011)

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2010)0395 - C7-0204/2010 - 2010/0212(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A7-0446/2011)

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (COM(2011)0330 - C7-0154/2011 - 2011/0144(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Raül Romeva i Rueda (A7-0449/2011)

2.2)

rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (16226/1/2011 - C7-0012/2012 - 2010/0252(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Gunnar Hökmark (A7-0019/2012)

***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (16696/1/2011 - C7-0011/2012 - 2010/0326(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Janusz Wojciechowski (A7-0031/2012)

***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tat-tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (18733/1/2011 - C7-0022/2012 - 2008/0183(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Czesław Adam Siekierski (A7-0032/2012)

3)

mill-Membri, mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 120 tar-Regoli ta’ Proċedura)

Cristiana Muscardini u Niccolo Rinaldi. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu ffinanzjati sistemi ta’ fieri tal-SMEs fiż-żona Ewro-Mediterranja (B7-0046/2012)

irreferut

responsabbli: INTA

9.   Mistoqsijiet orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura):

(O-000308/2011) imressqa minn Carmen Fraga Estévez u Pat the Cope Gallagher, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għas-Sajd, lill-Kunsill: Is-sitwazzjoni attwali rigward il-proposta ta’ pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent ta’ Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (B7-0023/2012)

(O-000309/2011) imressqa minn Carmen Fraga Estévez u Pat the Cope Gallagher, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għas-Sajd, lill-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni attwali rigward il-proposta ta’ pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent tas-sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dan l-istokk (B7-0024/2012);

(O-000315/2011) imressqa minn Sophia in 't Veld, Sylvie Goulard, Sonia Alfano, Alexander Alvaro, Sarah Ludford, Theodoros Skylakakis, Ramon Tremosa i Balcells, Philippe De Backer, Jens Rohde, Stanimir Ilchev u Giommaria Uggias f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Impatt extra-territorjali tal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiżi terzi u l-liġijiet tal-protezzjoni tad-data fl-UE (B7-0025/2012);

(O-000318/2011) imressqa minn Cornelia Ernst, Miguel Portas u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Impatt extra-territorjali tal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiżi terzi u l-liġijiet tal-protezzjoni tad-data fl-UE (B7-0026/2012);

(O-000325/2011) imressqa minn Norbert Glante, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, lill-Kummissjoni: Il-futur tal-GMES (B7-0027/2012);

(O-000326/2011) imressqa minn Jan Philipp Albrecht, Rui Tavares, Raül Romeva i Rueda u Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Impatt extraterritorjali tal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiżi terzi u l-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data (B7-0028/2012);

(O-000004/2012) imressqa minn Maria do Céu Patrão Neves f'isem il-Grupp PPE, Marek Józef Gróbarczyk f'isem il-Grupp ECR, u Ulrike Rodust f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: Il-kontribuzzjoni tal-PKS għall-produzzjoni ta’ beni pubbliċi (B7-0029/2012);

(O-000006/2012) imressqa minn Erminia Mazzoni, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Petizzjonijiet, lill-Kummissjoni: L-aċċess ta’ persuni għomja għall-kotba (B7-0030/2012);

(O-000015/2012) imressqa minni Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, lill-Kummissjoni: Green Paper dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu fl-UE (Direttiva 2003/86/KE) (B7-0031/2012);

(O-000016/2012) imressqa minn Gabriel Mato Adrover, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għas-Sajd, lill-Kunsill: Miżuri għar-Regolament dwar it-TAC u l-Kwoti għall-2012 li jmorru lil hinn mill-ambitu tal-Artikolu 43(3) TFUE (B7-0032/2012);

(O-000017/2012) imressqa minni Gabriel Mato Adrover, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għas-Sajd, lill-Kummissjoni: Miżuri għar-Regolament dwar it-TAC u l-kwoti għall-2012 li jmorru lil hinn mill-ambitu tal-Artikolu 43(3) TFUE (B7-0033/2012);

(O-000020/2012) imressqa minn Klaus-Heiner Lehne, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Affarijiet Legali, lill-Kummissjoni: Proposta għal direttiva dwar il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet (B7-0034/2012);

(O-000022/2012) imressqa minn Simon Busuttil, Manfred Weber u Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: L-impatt extra territorjali tal-leġislazzjoni ta’ pajjiżi terzi u l-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data (B7-0035/2012);

(O-000024/2012) imressqa minn Emilio Menéndez del Valle u Vital Moreira, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, lill-Kummissjoni: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (B7-0036/2012)

(O-000025/2012) imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, lill-Kummissjoni: L-ipprogrammar mill-ġdid tal-fondi strutturali biex tittejjeb il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u tingħata l-għajnuna lill-SMEs. (B7-0037/2012);

(O-000029/2012) imressqa minn João Ferreira, Patrick Le Hyaric, Willy Meyer u Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Il-kontribut tal-PKS għall-produzzjoni tal-beni pubbliċi (B7-0038/2012).

10.   Petizzjonijiet

Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn taħt, ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 201(6) tar-Regoli ta’ Proċedura:

 

Data: 27 ta’ Jannar 2012

Marcin Gall (Międzynarodowe Stowarzyszenie Przeciw Dyskryminacji Dzieci w Niemczech t. z.) (2 firem) (Nru 1372/2011); Lukasz Plodzien (Nru 1373/2011); Joanna Pawlowicz (Stowarzyszenie Inicjatyw Spolecznych Terra, Stowarzyszenie LOS) (Nru 1374/2011); Jaroslaw Gryko (Komitet Spoleczny Nasze Drogi Wspolna Sprawa) (8 firem) (Nru 1375/2011); (isem kunfidenzjali) (Nru 1376/2011); Jurgen Lang (25 firma) (Nru 1377/2011); (isem kunfidenzjali) (Nru 1378/2011); Michèle Souflet (Nru 1379/2011); Ferenc Tibor Zsák (Nru 1380/2011); Marion Hegge (Nru 1381/2011); Péter Szepesházi (2 firem) (Nru 1382/2011); Purificación García Camaño (Nru 1383/2011); Ángel Martín Jaén (Nru 1384/2011); Antoni Bagué Guerrero (Generalitat de Catalunya - Delegació Territorial del Govern de la Generalitat a Lleida) (Nru 1385/2011); Antonio Javier Rodríguez Castillo (Ayuntamiento de Ayamonte) (Nru 1386/2011); Gheorghe Popa (Nru 1387/2011); Ana María Darias Fierro (Afigranca - Asociación de Fibromialgia de Gran Canaria) (Nru 1388/2011); Rafael Faet Oltra (Colegio de Abogados de Valencia) (Nru 1389/2011); Ion Vîlceanu (21 firma) (Nru 1390/2011); Anton Garbacea (Nru 1391/2011); Sigrid Lüber (OceanCare & European Alliance to End Dolphins in Captivity (EAEDC)) (Nru 1392/2011); Domenico Proietti Dante (Nru 1393/2011); Anton Kodzhabashev (Bulgarian National Weightlifting Alliance and Anti-Doping Policy in the 21st Century) (2 firem) (Nru 1394/2011); Tomasz Adamski (Nru 1395/2011); Roberto Giurastante (Greenaction Transnational) (Nru 1396/2011); Anna Spina (Studio Avv.Angela FIORE & Caterina CICCIA) (66 firma) (Nru 1397/2011); Diomede Castaldo (Nru 1398/2011); Anna Hollerer (Arbeitsgemeinschaft Osterreichische Bauerinnen PK der LK Osterreichs) (38 firma) (Nru 1399/2011); Hans Josef Friedrich (Nru 1400/2011); Ingeborg Munker (Nru 1401/2011); Bernd Leinberger (Nru 1402/2011); Hans Werner Forster (Nru 1403/2011); Theodoridis Panagiotis (Nru 1404/2011); Efthymios Chatzopoulos (Nru 1405/2011); Konstantin Smaraidos (Nru 1406/2011); Paraskevas Petsanas (Nru 1407/2011); Philippe Lafaye De Micheaux (Nru 1408/2011); Milivoj Cvetkovic (Nru 1409/2011); Siegfried Glomb (Nru 1410/2011); Georgi Prokopiev Ivanov (Nru 1411/2011); Diana Spânu (Nru 1412/2011).

 

Data: 2 ta’ Frar 2012

Abdelfettah Sahmi (Nru 1413/2011); Pedro Martos Miralles (Fundación Sierra Minera) (Nru 1414/2011).

 

Data: 3 ta’ Frar 2012

Godfrey Brincat (Nru 0001/2012); Angelo Vassena (Nru 0002/2012); Egon Wittich (Nru 0003/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0004/2012); Heinz Schnobel (Nru 0005/2012); Nikolai Baschinski (Nru 0006/2012); Nicole Todzy (Nru 0007/2012); Ludewig Daniel (Nru 0008/2012); Klára Rychtarčiková (Nru 0009/2012); Gisbert Sauer (Nru 0010/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0011/2012); Markus Muckenthaler (Nru 0012/2012); Lucia Bartolotti (Nru 0013/2012); Joseph Furneaux-Gotch (Nru 0014/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0015/2012); Andrew Summer (Nru 0016/2012); Sofía Patiño Fontán (Nru 0017/2012); Isabella Bellaccini (2 firem) (Nru 0018/2012); Vladi Manev (Nru 0019/2012); William Dartmouth (Nru 0020/2012); Mario Herrera (2 firem) (Nru 0021/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0022/2012); Riccardo Lovatini (Nru 0023/2012); Daniela Spera (Comitato Legamjonici) (2 firem) (Nru 0024/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0025/2012); Matteo Califano (Nru 0026/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0027/2012); Antonio Cassano (Nru 0028/2012); Jozef Dreisig (4 firem) (Nru 0029/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0030/2012); Alojz Kovačič (Nru 0031/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0032/2012); Martin Wurm (Nru 0033/2012).

 

Data: 10 ta’ Frar 2012

Alexander Götz (Nru 0034/2012); Zbigniew Zajaczkowski (Nru 0035/2012); Hans-Joachim Jens (Nru 0036/2012); Wasilios Katsioulis (Nru 0037/2012); Claudio Jarczyk (14-il firma) (Nru 0038/2012); Klaus Gummert (Nru 0039/2012); Christina Trautmann (Nru 0040/2012); Vladimír Cibulka (Nru 0041/2012); Jacek Kuźma (Nru 0042/2012); Tilman Kluge (Nru 0043/2012); Christiane Schröter (Nru 0044/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0045/2012); Frauke Schmidt (Nru 0046/2012); Rolf Meyer (Nru 0047/2012); Christian Hoppensack (Nru 0048/2012); Jorg West (Nru 0049/2012); Mathias Bickel (Nru 0050/2012); Spyridon Zouridakis (Association Pulley) (Nru 0051/2012); Friedrich Hans-Josef (Nru 0052/2012); Friedrich Hans-Josef (Nru 0053/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0054/2012); Pino González Santana (Nru 0055/2012); Daniel Pavel (Strângătorii Revendicărilor) (12 signatures) (Nru 0056/2012); Ion Bordinc (Nru 0057/2012); Alberto Mendoza Martínez-Manso (Nru 0058/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0059/2012); María Carmen Valverde Sanvisen (Nru 0060/2012); Thierry Pino Le Derff (Nru 0061/2012); Yves Chanel (Nru 0062/2012); Georgios Siamos (Nru 0063/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0064/2012); Alain Perraud (Nru 0065/2012); Davis Germanis (Vesminas Kirbizu ciems) (Nru 0066/2012); Marc Fiammante (Nru 0067/2012); Laurent Lasselin (Nru 0068/2012); Georgios Floras (Nru 0069/2012); Imre Juhász (Nru 0070/2012); István Balogh (Nru 0071/2012); George Arvanitis (International Telematic University UNINETTUNO) (2 firem) (Nru 0072/2012); Eva Johansson (Nru 0073/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0074/2012); (isem kunfidenzjali) (Nru 0075/2012); Mark Austin (Nru 0076/2012); Radu-Victor Obreja (Nru 0077/2012); Fernand Collet (Nru 0078/2012); Association Victoire de la révolution de décembre 89 (Association Victoire dela révolution de décembre 89 Bucarest = Asociația Victoria Revoluției din decembrie 89) (Nru 0079/2012); Carlos Bruno Nascimento Rodrigues (Nru 0080/2012); Fulvio Fiorentini (Nru 0081/2012); Giuseppina Paternoster (Nru 0082/2012); Kenneth Ingle (Nru 0083/2012); Paulo Sequeira Wandschneider (Nru 0084/2012); Claudio Carcone (Nru 0085/2012); Camelia Cioară (Nru 0086/2012); Giuseppe Pastore (Nru 0087/2012); Daria Bonfietti (Ass.ne Parenti delle Vittime della Strage di Ustica) (Nru 0088/2012); Piero Carini (Nru 0089/2012); Arefi Doost Parisa (Nru 0090/2012); José Luis Baró Fuentes (Nru 0091/2012); Fulvio Fiorentini (Nru 0092/2012).

11.   Azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijet parzjali ta’ Settembru I, II u Ottubru I 2011 huma disponibbli fuq is-sit Séance en direct.

12.   Ordni tal-ħidma

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta’ Frar II 2012 (PE 481.354 PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta’ Proċedura):

 

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

 

It-Tlieta

Talba tal-Grupp Verts/ALE bil-għan li d-dibattitu dwar il-mistoqsija orali: Fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ bonds ta’ stabbiltà (punt 111 tal-PDOJ) jitmexxa għal wara d-diskussjoni komuni: Ftehim UE-Marokk dwar il-liberalizzazzjoni reċiproka fir-rigward tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd (punti 37 u 101 tal-PDOJ).

Tkellem Daniel Cohn-Bendit.

Il-Parlament approva t-talba.

 

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

 

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

*

* *

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

Tkellem Hannes Swoboda biex jitlob li jiġu investigati l-attakki li allegatament kien hemm fuq Neelie Kroes (Viċi President tal-Kummissjoni) u Ulrike Lunacek minn ġurnalist Ungeriż.

Il-President impenja ruħu li jinvestiga l-kwistjoni.

13.   Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President fakkar il-każ tal-ġurnalist Sawdi Hamza Kashgari, li qed jissogra l-piena tal-mewt għall-kummentarji ppubblikati fuq Twitter. Il-President, filwaqt li tenna d-difiża tal-libertà tal-espressjoni, impenja ruħu li jagħmel kull ma jista' biex jevita li dan jiġi kkundannat għall-mewt.

Huwa esprima wkoll tħassib dwar it-tagħrif fuq sit tal-internet miftuħ mill-partit PVV tal-Pajjiżi l-Baxxi biex jilqa' l-ilmenti tal-pubbliku dwar il-ħaddiema mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant li jgħixu fil-Pajjiżi l-Baxxi. Huwa qal li dalwaqt se jqajjem din il-kwistjoni mal-Prim Ministru tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Tkellmu dwar dan l-aħħar punt Corien Wortmann-Kool, Francesco Enrico Speroni u Sophia in 't Veld.

14.   Is-sitwazzjoni tal-persuni mingħajr dar fl-Ewropa b'riżultat ta’ dan iż-żmien twil ta’ kesħa (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni tal-persuni mingħajr dar fl-Ewropa b'riżultat ta’ dan iż-żmien twil ta’ kesħa

Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Tkellmu Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Sylvie Guillaume f'isem il-Grupp S&D, u Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE.

PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ

Viċi President

Tkellmu Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sajjad Karim f'isem il-Grupp ECR, u Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL.

Tkellem Michel Barnier.

Id-dibattitu ngħalaq.

15.   L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija [COM(2011)0288 - C7-0136/2011- 2011/0135(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Antonio Masip Hidalgo (A7-0003/2012)

Antonio Masip Hidalgo ppreżenta r-rapport tiegħu.

Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu Alajos Mészáros f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, Christian Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sajjad Karim f'isem il-Grupp ECR, Paul Nuttall f'isem il-Grupp EFD, Raffaele Baldassarre, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Alexandra Thein, li wieġbet ukoll għal mistoqsija “karta blu” ta’ Sajjad Karim, Eva Lichtenberger, Emma McClarkin, Marielle Gallo, li wieġbet ukoll għal mistoqsija “karta blu” ta’ Paul Rübig, Silvia-Adriana Țicău u Andreas Schwab.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Ildikó Gáll-Pelcz, Monika Flašíková Beňová, Iosif Matula, Elena Băsescu u Paul Rübig.

Tkellem Michel Barnier.

PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT

Viċi President

Tkellem Antonio Masip Hidalgo.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.1 tal-Minuti ta’ 14.2.2012.

16.   L-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji [COM(2011)0079 - C7-0059/2011- 2011/0038(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Kurt Lechner (A7-0022/2012)

Kurt Lechner ippreżenta r-rapport tiegħu.

Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu Raffaele Baldassarre f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, Alexandra Thein f'isem il-Grupp ALDE, Sajjad Karim f'isem il-Grupp ECR, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, li wieġeb ukoll għal mistoqsija “karta blu” ta’ Paul Rübig, Elena Băsescu, Silvia-Adriana Țicău, Monica Luisa Macovei u Monika Flašíková Beňová.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Sergio Paolo Francesco Silvestris, Janusz Władysław Zemke u Paul Rübig.

Tkellmu Michel Barnier u Kurt Lechner.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.2 tal-Minuti ta’ 14.2.2012.

17.   Rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 [COM(2010)0775 - C7-0434/2010- 2010/0373(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sari Essayah (A7-0292/2011)

Corien Wortmann-Kool (sostituta tar-rapporteur) ippreżentat ir-rapport.

PRESIDENZA: Anni PODIMATA

Viċi President

Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu Evelyne Gebhardt (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Ivari Padar f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija “karta blu” ta’ Hans-Peter Martin u Sven Giegold, Sampo Terho f'isem il-Grupp EFD, Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat, Jean-Paul Gauzès, George Sabin Cutaș, Dimitar Stoyanov, Othmar Karas, Monika Flašíková Beňová u Andreas Mölzer.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Sergio Paolo Francesco Silvestris, Silvia-Adriana Țicău, Elena Băsescu, Jaroslav Paška, Zofija Mazej Kukovič u Janusz Władysław Zemke.

Tkellem Michel Barnier.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.6 tal-Minuti ta’ 14.2.2012.

18.   L-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000020/2012) imressqa minn Klaus-Heiner Lehne, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Affarijiet Legali, lill-Kummissjoni: Proposta għal direttiva dwar il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet (B7-0034/2012)

Marielle Gallo tkellmet iktar fid-dettall dwar il-mistoqsija orali minflok l-awtur.

Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali.

Tkellmu Monica Luisa Macovei f'isem il-Grupp PPE, Luigi Berlinguer f'isem il-Grupp S&D, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Françoise Castex.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Anna Záborská, Silvia-Adriana Țicău u Franz Obermayr.

Tkellem Michel Barnier.

PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI

Viċi President

Id-dibattitu ngħalaq.

19.   Riprogrammazzjoni tal-fondi strutturali bl-għan li jiġi miġġieled aħjar il-qgħad fost iż-żgħażagħ u li jiġu megħjuna l-SMEs (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000025/2012) imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, lill-Kummissjoni: L-ipprogrammar mill-ġdid tal-fondi strutturali biex tittejjeb il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u tingħata l-għajnuna lill-SMEs. (B7-0037/2012)

Danuta Maria Hübner tkellmet iktar fid-dettall dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali.

Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali

Tkellmu Lambert van Nistelrooij f'isem il-Grupp PPE, Constanze Angela Krehl f'isem il-Grupp S&D, Ramona Nicole Mănescu f'isem il-Grupp ALDE, Elisabeth Schroedter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, Joachim Zeller, María Irigoyen Pérez, Michael Theurer, Ana Miranda, Cornelia Ernst, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marita Ulvskog, Nikos Chrysogelos, Marisa Matias, Nuno Teixeira, Patrice Tirolien, Alain Cadec, Elena Băsescu, Seán Kelly, Giovanni La Via, Rareș-Lucian Niculescu, Jim Higgins u Rodi Kratsa-Tsagaropoulou.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Miroslav Mikolášik, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Pervenche Berès, Silvia-Adriana Țicău, João Ferreira, Jaroslav Paška, Iosif Matula, Luís Paulo Alves, Evelyn Regner u Phil Prendergast.

Tkellem Johannes Hahn.

Id-dibattitu ngħalaq.

20.   Diskorsi ta’ minuta dwar kwistjonijiet ta’ importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta’ importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta’ Proċedura:

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, András Gyürk, Andrey Kovatchev, Spyros Danellis, Kinga Göncz, Michael Cashman, Andrea Zanoni, Ramon Tremosa i Balcells, Pat the Cope Gallagher, Nikos Chrysogelos, Ana Miranda, Sandrine Bélier, Marina Yannakoudakis, Marek Henryk Migalski, Marisa Matias, Paul Murphy, Gerard Batten, Slavi Binev, Martin Ehrenhauser, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Nuno Teixeira, Marian-Jean Marinescu, Ioan Enciu, Kristian Vigenin, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Antonio Masip Hidalgo, Cristian Dan Preda u Alexander Mirsky.

21.   L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument “Aġenda” PE 481.354 OJMA).

22.   Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.00.

Klaus Welle

Segretarju Ġenerali

Alejo Vidal-Quadras

Viċi President


It-Tnejn 13 ta’ Frar 2012
REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Abad, Áder, Agnew, Albertini, Allam, Alvaro, Alves, Andreasen, Andrés Barea, Andrikienė, Angelilli, Antinoro, Antonescu, Arias Echeverría, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Audy, Margrete Auken, Ayala Sender, Aylward, Ayuso, van Baalen, Bach, Bagó, Balčytis, Baldassarre, Balz, Balzani, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Batten, Bauer, Becker, Belder, Belet, Bélier, Benarab-Attou, Bendtsen, Bennahmias, Bennion, Berès, Berlato, Berlinguer, Bielan, Binev, Bisky, Bizzotto, Bloom, Bodu, Böge, Bokros, Bonsignore, Borghezio, Boștinaru, Boulland, Bové, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Brantner, Bratkowski, Brepoels, Březina, Brons, Brzobohatá, Bufton, Bullmann, Busuttil, Bütikofer, Buzek, Cabrnoch, Cadec, Callanan, van de Camp, Campbell Bannerman, Cancian, Canfin, Capoulas Santos, Caronna, Carvalho, Cashman, Casini, Caspary, Castex, Cavada, Cercas, Češková, Chatzimarkakis, Childers, Chountis, Chrysogelos, Claeys, Clark, Cochet, Coelho, Comi, Corazza Bildt, Cornelissen, Correa Zamora, Correia De Campos, Cortés Lastra, Cozzolino, Cramer, Crețu, Creutzmann, Crocetta, Cuschieri, Cutaș, Cymański, Czarnecki, Frédéric Daerden, Dăncilă, Danellis, Dantin, Daul, David, Davies, De Angelis, De Backer, De Castro, Dehaene, De Keyser, Delli, Delvaux, De Mita, De Sarnez, Désir, Deß, Deutsch, Deva, De Veyrac, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds, Domenici, Donskis, Dorfmann, Droutsas, Duff, Durant, Dušek, Ehler, Ehrenhauser, Eickhout, Elles, Enciu, Engel, Engström, Ernst, Ertug, Essayah, Estrela, Evans, Fajmon, Fajon, Falbr, Farage, Färm, Feio, Ferber, Fernandes, Elisa Ferreira, João Ferreira, Fidanza, Fisas Ayxela, Fjellner, Flašíková Beňová, Flautre, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fox, Franco, Gahler, Gál, Gallagher, Gallo, Gáll-Pelcz, Garcés Ramón, García-Hierro Caraballo, Gardiazábal Rubial, Gardini, Gargani, Garriga Polledo, Gauzès, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Giegold, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Godmanis, Goebbels, Goerens, Gollnisch, Göncz, Goulard, Gräßle, Grech, Grelier, Grèze, Griesbeck, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gurmai, Gutiérrez-Cortines, Gyürk, Hadjigeorgiou, Häfner, Haglund, Händel, Handzlik, Hannan, Harbour, Harkin, Hartong, Hassi, Haug, Häusling, Jiří Havel, Hedh, Helmer, Hénin, Herczog, Herranz García, Higgins, Nadja Hirsch, Hoang Ngoc, Hohlmeier, Honeyball, Hortefeux, Howitt, Danuta Maria Hübner, Hudghton, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ibrisagic, Ilchev, Imbrasas, in 't Veld, Iotova, Iovine, Irigoyen Pérez, Itälä, Iturgaiz Angulo, Ivan, Ivanova, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jeggle, Jensen, Jiménez-Becerril Barrio, Johansson, Joly, de Jong, Jordan Cizelj, Jørgensen, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kalniete, Kamall, Kamiński, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Kelam, Keller, Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Kleva, Klinz, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Korhola, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Béla Kovács, Kovatchev, Kozlík, Kozłowski, Kožušník, Krahmer, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kuhn, Kukan, Kurski, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Lange, de Lange, Langen, La Via, Le Brun, Lechner, Le Grip, Legutko, Lehne, Leichtfried, Leinen, Jean-Marie Le Pen, Liberadzki, Lichtenberger, Lisek, Lochbihler, Løkkegaard, López Aguilar, Lösing, Lövin, Ludford, Ludvigsson, Łukacijewska, Lulling, Lunacek, McAvan, McCarthy, McClarkin, McGuinness, McIntyre, McMillan-Scott, Macovei, Malinov, Manders, Mănescu, Mann, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Mastella, Mathieu, Matias, Mato Adrover, Matula, Mauro, Mavronikolas, Mazej Kukovič, Mazzoni, Meissner, Melo, Menéndez del Valle, Merkies, Messerschmidt, Mészáros, Louis Michel, Migalski, Mikolášik, Milana, Miranda, Mirsky, Mitchell, Mölzer, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Mulder, Murphy, Muscardini, Nattrass, Nedelcheva, Neuser, Neveďalová, Newton Dunn, Neynsky, Nicholson, Niculescu, Niebler, Nilsson, van Nistelrooij, Nitras, Nuttall, Obermayr, Ojuland, Olbrycht, Olejniczak, Omarjee, Oomen-Ruijten, Ortiz Vilella, Őry, Ouzký, Oviir, Pack, Padar, Paksas, Paleckis, Paliadeli, Pallone, Panayotov, Panzeri, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pargneaux, Parvanova, Pașcu, Paška, Patrão Neves, Patriciello, Paulsen, Peillon, Perello Rodriguez, Peterle, Pieper, Piotrowski, Pirillo, Pirker, Pittella, Plumb, Poc, Podimata, Poręba, Portas, Posselt, Pöttering, Poupakis, Preda, Prendergast, Prodi, Protasiewicz, Provera, Rangel, Ransdorf, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Riera Madurell, Rinaldi, Riquet, Rivellini, Roatta, Rochefort, Rodust, Rohde, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Ronzulli, Rosbach, Rossi, Rouček, Rübig, Rubiks, Rühle, Šadurskis, Saïfi, Salatto, Sánchez Presedo, Sanchez-Schmid, Sârbu, Sargentini, Sartori, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Savisaar-Toomast, Schaake, Schaldemose, Schlyter, Olle Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Martin Schulz, Werner Schulz, Schwab, Scottà, Scurria, Sedó i Alabart, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Serracchiani, Severin, Siekierski, Silvestris, Simon, Simpson, Sippel, Siwiec, Skinner, Skrzydlewska, Skylakakis, Smith, Smolková, Sógor, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Speroni, Stadler, Staes, Stassen, Šťastný, Stavrakakis, Steinruck, Stevenson, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Dimitar Stoyanov, Emil Stoyanov, Strejček, Striffler, Sturdy, Surján, Susta, Svensson, Swoboda, Szájer, Szegedi, Szymański, Tabajdi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Tavares, Taylor, Teixeira, Terho, Thein, Theocharous, Theurer, Thomsen, Thun und Hohenstein, Thyssen, Țicău, Tirolien, Toia, Tomaševski, Tošenovský, Trematerra, Tremosa i Balcells, Triantaphyllides, Trzaskowski, Tsoukalas, Turmes, Turunen, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vadim Tudor, Vaidere, Vajgl, Vălean, Van Brempt, Vanhecke, Vattimo, Vaughan, Vergnaud, Vidal-Quadras, Vigenin, de Villiers, Vlasto, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Weidenholzer, Weiler, Weisgerber, Werthmann, Wieland, Wikström, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Wortmann-Kool, Yáñez-Barnuevo García, Yannakoudakis, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zanoni, Zasada, Ždanoka, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Zver, Zwiefka


Top