Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/116/04

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 116, 20.4.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 116/4


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 116/04

    1.

    Fl-10 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Outokumpu Oyj (“Outokumpu”, il-Finlandja) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Inoxum GmbH (“Inoxum”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Outokumpu: il-produzzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar li ma jissaddadx (stainless steel) u l-produzzjoni ta’ ħadidkromu (ferrochrome),

    għal Inoxum: il-produzzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti ċatti tal-azzar li ma jissaddadx, ligi bi prestazzjoni għolja (HPA – high performance alloys) u xogħol tal-forġa.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6471 – Outokumpu/Inoxum, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top