EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/110/04

Sejħa għal proposti – EAC/S06/12 – Azzjoni Preparatorja: Sħubija Ewropea fI-Isports (Sejħa miftuħa)

ĠU C 110, 17.4.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/4


Sejħa għal proposti – EAC/S06/12

Azzjoni Preparatorja: Sħubija Ewropea fI-Isports

(Sejħa miftuħa)

2012/C 110/04

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Din is-sejħa għall-proposti sservi biex timplimenta s-Sħubija Ewropea ta' Azzjoni Preparatorja fl-Isports skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programmi ta' ħidma annwali tal-2012 dwar l-għotjiet u l-kuntratti għall-Azzjoni Preparatorja – Sħubija Ewropea fl-Isports u għall-Proġett bi Prova – Sħubiji ta' Għarfien.

L-għan ewlieni ta' din l-Azzjoni Preparatorja huwa li jitħejjew l-azzjonijiet tal-UE f'dan il-qasam għall-ġejjieni, fuq il-bażi tal-Kapitolu tal-Isport tal-Programm tal-Unjoni propost għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u għall-Isport għall-2014-2020 “Erasmus għall-Kulħadd”, waqt li jibni fuq il-prijoritajiet stabbiliti fil-White Paper tal-2007 dwar l-isport u l-Komunikazzjoni tal-2011 dwar l-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport.

Din is-sejħa għall-proposti se tappoġġja proġetti transnazzjonali mressqa minn entitajiet pubbliċi jew għaqdiet mhux intiżi għall-qligħ sabiex jidentifikaw u jittestjaw netwerks adatti u prassi tajba fis-settur- tal-isport, fl-oqsma li ġejjin:

(1)

Il-ġlieda kontra l-logħob miftiehem,

(2)

Il-promozzjoni tal-attività fiżika li tappoġġja t-tixjiħ attiv,

(3)

Żieda fl-għarfien dwar modi effettivi ta' kif wieħed jista' jippromwovi l-isport f'livell muniċipali,

(4)

Kompetizzjonijiet bażiċi konġunta transkonfinali tal-isport f'reġjuni ġirien u fl-Istati Membri.

Id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' din l-azzjoni huwa l-Unità tal-Isport tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura.

2.   Eliġibbiltà

2.1.   L-applikant

L-applikanti eliġibbli jridu jkunu

Entitajiet pubbliċi;

Għaqdiet mhux intiżi għall-qligħ.

L-applikanti jrid ikollhom

Status ġuridiku;

L-uffiċċji ewlenin tagħhom reġistrati f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE.

Il-persuni naturali ma jistgħux jibagħtu applikazzjoni għal din is-sejħa għall-proposti.

2.2.   Proposti

Għal din is-sejħa għall-proposti, huma eliġibbli l-proposti li ġejjin:

il-proposti mressqa permezz tal-formola ta' applikazzjoni uffiċjali u li tikkonforma mar-rekwiżiti tagħha, mimlija kollha u ffirmata;

proposti li jaslu sad-data tal-għeluq stipulata f'din is-sejħa għall-proposti;

proposti li jinvolvu azzjonijiet esegwiti kollha fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

proposti li jinkludu netwerk transnazzjonali b'imsieħba minn tal-anqas ħames Stati Membri tal-UE.

3.   Baġit u tul tal-proġett

Il-baġit disponibbli għal din is-sejħa għall-proposti huwa ta' EUR 3 500 000, taħt l-intestatura “Sħubija Ewropea ta' Azzjoni Preparatorja fl-Isports” (l-Artikolu 15.05.20).

Il-kofinanzjament tal-UE se jkun ipprovdut għal massimu ta' 60 % tat-total ta' spejjeż eliġibbli. Minimu ta' 20 % tat-total ta' spejjeż eliġibbli għandu jkun ipprovdut minn finanzjament privat ta' parti terza. L-ispejjeż tal-persunal ma għandhomx jaqbżu l-50 % tat-total ta' spejjeż eliġibbli. Il-kontribuzzjonijiet in natura mhumiex aċċettati bħala ko-finanzjament. Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li ma tagħtix il-finanzjament kollu disponibbli, u dan jiddependi mill-għadd u mill-kwalità tal-proġetti mressqa.

Il-proġetti jridu jibdew bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Marzu 2013 u jintemmu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014.

Il-perjodu tal-eliġibbiltà għall-ispejjeż huwa l-perjodu ta' tul il-proġett kif speċifikat fil-kuntratt.

4.   Skadenza għall-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2012, bit-timbru tal-posta bħala prova, lil:

European Commission

Directorate-General for Education and Culture — Unit E3

MADO 20/73

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.   Aktar tagħrif

It-testi l-oħra marbuta ma' din is-sejħa għall-proposti, li jinkludu l-formola tal-applikazzjoni u l-gwida tal-programm li tinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u amministrattivi, jinsabu fl-indirizz tal-internet li ġej:

http://ec.europa.eu/sport/preparatory_actions/doc1009_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mat-testi msemmija hawn fuq u jridu jitressqu fil-formoli pprovduti.


Top