Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/099/05

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6543 – Ahold/Flevo) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 99, 3.4.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 99/10


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6543 – Ahold/Flevo)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 99/05

    1.

    Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Koninklijke Ahold N.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi), il-kumpanija ewlenija ta’ Ahold Group (“Ahold”), tikseb fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' Flevo Deelnemingen III B.V. (“Flevo”, il-Pajjiżi l-Baxxi), il-kumpanija possedenti ta’ bol.com N.V. (“bol.com”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Ahold: bejgħ bl-imnut kemm onlajn kif ukoll offlajn, ta’ oġġetti tal-ikel, oġġetti tal-konsum ta' kuljum, prodotti tas-sbuħija u għall-kura tas-saħħa, inbid u likur,

    għal Flevo (bol.com): bejgħ bl-imnut onlajn ta' kotba, kotba elettroniċi, DVDs, mużika, logħob tal-kompjuter, ġugarelli, prodotti elettroniċi għall-konsumatur, kompjuters u softwer għall-konsumatur, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fil-Belġju.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6543 – Ahold/Flevo, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top