EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/052/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6452 – Nomura/HLV/DLP/DLA/DLL) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 52, 22.2.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6452 – Nomura/HLV/DLP/DLA/DLL)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 52/07

1.

Fl-10 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha NIH (Guernsey) Limited (“NIH”, Guernsey), ikkontrollata minn Nomura Holdings, Inc. (“Nomura”, il-Ġappun), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll ta’ Hamburger Lebensversicherung Aktiengesellschaft (“HLV”, il-Ġermanja), Delta Lloyd Pensionskasse Aktiengesellschaft (“DLP”, il-Ġermanja), Delta Lloyd Anlagemanagement GmbH (“DLA”, il-Ġermanja), u Delta Lloyd Lebensversicherung Aktiengesellschaft (“DLL”, il-Ġermanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal NIH: kumpanija holding li ġiet stabbilita dan l-aħħar, inkorporata taħt il-liġijiet tal-Guernsey,

għal Nomura: grupp ta’ kumpaniji attivi fin-negozju ta’ strumenti finanzjarji, f’attivitajiet bankarji u fiduċjarji, fin-negozju tal-assigurazzjoni, f’servizzi finanzjarji oħra u n-negozji relatati kif ukoll fir-riċerka b’rabta mal-ekonomija, s-swieq finanzjarji jew kapitali jew l-infrastruttura,

għal HLV: assigurazzjoni tal-ħajja,

għal DLP: negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja, prodotti tal-pensjoni biss,

għal DLA: ġestjoni tal-assi,

għal DLL: assigurazzjoni tal-ħajja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6452 – Nomura/HLV/DLP/DLA/DLL, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top