Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/380/04

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6448 – OPTrust/PGGM/Global Vía Infraestructuras/Globalvía) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 380, 29.12.2011, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/3


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6448 – OPTrust/PGGM/Global Vía Infraestructuras/Globalvía)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2011/C 380/04

    1.

    Fl-20 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi OPSEU Pension Plan Trust Fund, (“OPTrust”, il-Kanada), PGGM NV (“PGGM”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Global Vía Infraestructuras (“Global Vía Infraestructuras”, Spanja) ikkontrollata b’mod konġunt minn Fomento de Construcciones y Contratas, SA, u Corporación Financiera Caja Madrid, SA, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta’ Globalvía Inversiones (“Globalvía”, Spanja) permezz ta’ kuntratt.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal OPTrust: ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni għal Ontario Public Service Employees Union,

    għal PGGM: ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi,

    għal Global Vía Infraestructuras: kostruzzjoni u ġestjoni ta’ konċessjonijiet infrastrutturali,

    għal Globalvía: kostruzzjoni u ġestjoni ta’ konċessjonijiet infrastrutturali.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6448 – OPTrust/PGGM/Global Vía Infraestructuras/Globalvía, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top