EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/359/11

Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja: Riżultati tal-Kumitat tal-Għażla ta' EIBURS 2011

ĠU C 359, 9.12.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/15


Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja: Riżultati tal-Kumitat tal-Għażla ta' EIBURS 2011

2011/C 359/11

Data tal-ħruġ: 9 ta’ Diċembru 2011

Il-Programm ta’ Sponsorship ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI (EIB-University Research Sponsorship Programme — EIBURS) huwa parti mill-Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI, li permezz tagħha l-BEI jimmira li jrawwem ir-relazzjonijiet istituzzjonali tiegħu ma’ universitajiet. EIBURS jipprovdi għotjiet lil ċentri ta’ riċerka universitarja li jaħdmu fuq suġġetti u temi ta’ riċerka ta’ interess ewlieni għall-Bank. Il-boroż ta' studju tal-BEI, li jammontaw sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin, jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji interessati jew ċentri ta’ riċerka assoċjati ma’ universitajiet fl-UE, pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali, b’ħila esperta rikonoxxuta f’oqsma ta’ interess dirett għall-Bank. L-għan tal-borża ta’ studju huwa li jippermetti liċ-ċentri magħżula li jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma.

Għall-perjodu 2011-2014, il-programm EIBURS għażel tliet linji ta’ riċerka:

Skemi Ewropej ta' Proprjetà Intellettwali (PI) u l-impatt tagħhom fuq it-trasferiment tat-teknoloġija/Finanzjament ta' PI

Analiżi tal-ħtiġijiet tal-investiment fis-setturi tal-infrastruttura

Iż-żieda tar-riskju tal-kreditu fil-mikrokreditu: oriġini, sinjali ta' twissija, stat attwali u prospetti futuri

Il-BEI rċieva 22 proposta formali għat-3 sponsorships tal-EIBURS proposti għall-perjodu 2011-2014. It-tabella li ġejja tindika d-distribuzzjoni tal-applikanti skont il-pajjiż u t-tema:

EIBURS 2011

Skemi Ewropej ta' PI u l-impatt tagħhom fuq it-trasferiment tat-teknoloġija/Finanzjament ta' PI

Analiżi tal-ħtiġijiet tal-investiment fis-setturi tal-infrastruttura

Iż-żieda tar-riskju tal-kreditu fil-mikrokreditu: oriġini, sinjali ta' twissija, stat attwali u prospetti futuri

TOTAL

BE

 

1

 

1

DE

1

 

 

1

ES

 

2

1

3

FR

 

 

3

3

GR

 

3

 

3

IT

2

 

2

4

NL

 

 

2

2

PT

1

1

 

2

RO

 

 

1

1

UK

 

 

2

2

Total

4

7

11

22

Il-Kumitat tal-Universitajiet tal-BEI ddeċieda, fit-13 ta’ Ottubru 2011, li jagħti EIBURS fuq il-linja ta’ riċerka:

Analiżi tal-ħtiġijiet tal-investiment fis-setturi tal-infrastruttura lil Katholieke Universiteit Leuven (il-Belġju)

Iż-żieda tar-riskju tal-kreditu fil-mikrokreditu: oriġini, sinjali ta' twissija, stat attwali u prospetti futuri lil Université Paris 1 Sorbonne-Panthéon (Franza)

Ma setgħet tittieħed ebda deċiżjoni dwar il-linja ta’ riċerka “Skemi Ewropej ta' PI u l-impatt tagħhom fuq it-trasferiment tat-teknoloġija/Finanzjament ta' PI”. Ġew magħżula żewġ proposti u deċiżjoni finali dwar min se jirċievi din il-borża ta’ studju hija mistennija li tittieħed dalwaqt. Ir-riżultat tal-proċedura tal-għażla jitħabbar fuq il-paġna tal-web tal-BEI-Universitajiet.

Il-programm ta’ attivitajiet previst mit-3 EIBURS ser jiġi ppubblikat fuq il-paġna ewlenija tal-Azzjoni ta' Riċerka Universitarja tal-BEI malli jkun ġie ffirmat il-kuntratt mal-Universitajiet.

L-applikanti kollha ġew infurmati direttament dwar dawn ir-riżultati.

Huwa mistenni li l-fażi li jmiss ta’ EIBURS tiġi mnedija fix-xhur li ġejjin. It-temi li għandhom jiġu proposti ser jiġu mħabbra mat-tnedija.

Għal informazzjoni aktar estensiva dwar EIBURS u dwar il-programmi u l-mekkaniżmi l-oħrajn tal-Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI, STAREBEI (STAges de REcherche BEI) u Netwerks Universitarji tal-BEI, jekk jogħġbok żur il-paġna ewlenija tal-Azzjoni ta’ Riċerka Universitarja tal-BEI.


Top