EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/343/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6380 – Bridgepoint/Infront Sports & Media) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 343, 23.11.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6380 – Bridgepoint/Infront Sports & Media)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 343/09

1.

Fil-15 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bridgepoint Capital Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit) tikseb skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll fuq l-intier tal-impriża Infront Sports & Media AG (“Infront”, l-Isvizzera) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bridgepoint: l-investiment ta' ekwità privata f'kumpaniji fis-servizzi finanzjarji, fis-settur tas-saħħa u l-mezzi tax-xandir. Dorna, l-intrapriża sussidjarja ta’ Bridgepoint, hija intitolata li torganizza l-“MotoGP”, il-kampjonat għat-tlielaq tal-muturi,

għal Infront: il-mezzi tax-xandir għall-isports u t-tmexxija tad-drittijiet għat-tqegħid fis-suq. Infront hija intitolata, fost oħrajn li torganizza l-attività għat-tlieleq tal-muturi “Superbike World Championship”.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6380 – Bridgepoint/Infront Sports & Media, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top