EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/307/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6383 – Cargill/KoroFrance) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 307, 19.10.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6383 – Cargill/KoroFrance)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 307/08

1.

Fil-11 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċiviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cargill, Incorporated (“Cargill”, Stati Uniti), il-kumpanija holding aħħarija tal-Grupp Cargill, permezz tas-sussidjarja kollha kemm hi tagħha Cargill International Luxembourg 3 Sàrl, takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll assolut tal-impriża KoroFrance SAS (“KoroFrance”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Cargill: attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni internazzjonali tal-ikel, l-agrikoltura u l-ġestjoni tal-prodotti u s-servizzi ta' riskju. In-negozju kummerċjali tal-Cargill jinkludi l-kummerċjalizzazzjoni taċ-ċereali u l-komoditajiet, l-ipproċessar u r-raffinazzjoni taż-żerriegħa u tal-kolza, tħin tad-dqiq, l-ipproċessar tal-laħam u s-servizzi finanzjarji,

Għal KoroFrance: kumpanija holding tal-Grupp Provimi, li hi attiva fil-manifattura u l-fornitura tal-ikel tal-annimali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6383 – Cargill/KoroFrance, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top