EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/153/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6194 – Osram/Siteco Lighting) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 153, 24.5.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6194 – Osram/Siteco Lighting)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 153/10

1.

Fit-13 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Osram GmbH (“Osram”, il-Ġermanja) kontrollata minn Siemens AG (“Siemens”, il-Ġermanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Siteco Lighting GmbH (“Siteco”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Osram: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti bħal apparati tad-dawl (light fixtures)/dwal, lampi għal użu ġenerali, sorsi tad-dawl tal-LED, kif ukoll komponenti oħrajn għall-apparati tad-dawl. Il-kumpanjia possedenti Siemens hija attiva f’bosta attivitajiet ta’ manifattura, teknoloġija u negozju ta’ servizzi,

għall-impriża Siteco: il-produzzjoni, l-iżvilupp ta’ apparati tad-dawl u soluzzjponijiet tekniċi tad-dawl.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6194 – Osram/Siteco Lighting, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top