Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/129/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6163 – AXA/Permira/Opodo/GO Voyages/eDreams) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 129, 30.4.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/6


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6163 – AXA/Permira/Opodo/GO Voyages/eDreams)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2011/C 129/07

    1.

    Fid-19 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi AXA Investment Managers Private Equity Europe (“AXA PE”, Franza) li tappartjenti għall-grupp Franċiż AXA u Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Opodo Limited (“Opodo”, ir-Renju Unit), il-grupp GO Voyages (“GO Voyages”, Franza) u l-grupp eDreams (“eDreams”, Spanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Permira hija ditta ta’ ekwità privata li tikkontrolla fost oħrajn eDreams,

    AXA PE hija ditta ta’ ekwità privata li tikkontrolla fost oħrajn GO Voyages,

    Opodo, GO Voyages u eDreams huma attivi fin-negozju tal-aġenziji tal-ivvjaġġarg.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6163 – AXA/Permira/Opodo/GO Voyages/eDreams, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top