Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/082A/01

    Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/206/11 (AD 5) u EPSO/AD/207/11 (AD 7)

    ĠU C 82A, 16.3.2011, p. 1–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CA 82/1


    AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI EPSO/AD/206/11 (AD 5) U EPSO/AD/207/11 (AD 7)

    (2011/C 82 A/01)

    Interessat f'karriera fl-istituzzjonijiet Ewropej?

    Il-profil tiegħek jikkorrispondi mal-kriterji tagħna?

    Mela applika.

    Agħti lilek innifsek iċ-ċans li tirnexxi.

    L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1).

    EPSO/AD/206/11 (AD 5) U EPSO/AD/207/11 (AD 7)

    Amministraturi fl-oqsma li ġejjin:

    1.

    AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA EWROPEA

    2.

    LIĠI

    3.

    EKONOMIJA

    4.

    AWDITJAR

    5.

    FINANZI

    6.

    STATISTIKA

    L-għan ta' dawn il-kompetizzjonijiet hu li jitfasslu listi ta' riżerva maħsuba biex jimlew postijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

    Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 184 A tat-8 ta' Lulju 2010 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.

    Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

    WERREJ

    I.

    QAFAS ĠENERALI

    II.

    DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

    III.

    KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

    IV.

    TESTIJIET TAD-DĦUL

    V.

    KOMPETIZZJONI ĠENERALI

    VI.

    LISTI TA' RIŻERVA

    VII.

    KIF TAPPLIKA?

    I.   QAFAS ĠENERALI

    1.

    Numru ta' kandidati li jikkwalifikaw skont il-kompetizzjoni u skont il-qasam

     

    AD 5

    AD 7

    1 =

    2 =

    3 =

    4 =

    5 =

    6 =

    49

    17

    30

    45

    48

    37

    25

    10

    11

    17

    16

    15

    2.

    Kummenti

    Dan l-avviż huwa rigward żewġ kompetizzjonijiet, li t-tnejn li huma jinkludu diversi oqsma. Int tista' tapplika għal kompetizzjoni waħda u qasam wieħed biss.

    Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku.

    Madankollu, jekk inti tkun ksibt wieħed mill-aħjar riżultati fit-testijiet ta' aċċess, meħuda flimkien, għall-kompetizzjoni tal-grad AD 7, iżda ma tkunx tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà ta' din il-kompetizzjoni, il-bord tal-għażla jista', jekk inti taqbel, jassenja mill-ġdid il-kandidatura tiegħek għall-kompetizzjoni tal-grad AD 5 fl-istess qasam, bil-kundizzjoni li inti tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal din il-kompetizzjoni.

    Dan l-assenjar mill-ġdid iseħħ biss qabel l-istedina għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni u fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek fl-applikazzjoni elettronika.

    F'dan il-każ, ir-riżultati tiegħek jitqabblu ma' dawk tal-kandidati għall-kompetizzjoni tal-livell AD 5 u, jekk inti tkun fost dawk li jkunu kisbu l-aħjar riżultati fit-testijiet ta' aċċess għal din il-kompetizzjoni (fil-qasam magħżul), inti tiġi mistieden għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

    II.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

    AD 5 huwa l-grad li fih il-kandidati magħżula jidħlu f'karriera ta' amministratur fl-Istituzzjonijiet Ewropej. L-amministraturi impjegati f'dan il-grad jistgħu jwettqu taħt superviżjoni, tliet tipi ewlenin ta' xogħol fl-istituzzjonijiet: tfassil tal-politika, funzjoni operattiva u ġestjoni tar-riżorsi. Aħna qed infittxu partikolarment kandidati b'potenzjal ta' żvilupp fil-karriera.

    Grad AD 7

    L-amministraturi impjegati f'dan il-grad jistgħu, aparti x-xogħol deskritt għall-grad AD 5, ikunu meħtieġa jwettqu funzjonijiet ta' koordinazzjoni ta' ħidma ma' persuni oħra u ta' superviżjoni tax-xogħol.

    Deskrizzjoni dettaljata tal-oqsma differenti tinsab fl-anness.

    Il-profil ġenerali tal-kandidati mfittex mill-istituzzjonijiet huwa spjegat fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

    III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

    Fid-data ta' għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika  (2), int għandek tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

    1.

    Kundizzjonijiet ġenerali

    (a)

    Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

    (b)

    Tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

    (c)

    Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari.

    (d)

    Tipproduċi r-referenzi dwar il-karattru meħtieġa, li juru li int tajjeb biex twettaq il-funzjonijiet previsti.

    2.

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    2.1.

    Kwalifiki

    Ara l-punt 2 tal-anness

    2.2.

    Esperjenza professjonali

    Ara l-punt 3 tal-anness

    2.3.

    Għarfien lingwistiku

    Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin:

    BG (il-Bulgaru)

    CS (iċ-Ċek)

    DA (id-Daniż)

    DE (il-Ġermaniż)

    EL (il-Grieg)

    EN (l-Ingliż)

    ES (l-Ispanjol)

    ET (l-Estonjan)

    FI (il-Finlandiż)

    FR (il-Franċiż)

    GA (l-Irlandiż)

    HU (l-Ungeriż)

    IT (it-Taljan)

    LT (il-Litwan)

    LV (il-Latvjan)

    MT (il-Malti)

    NL (l-Olandiż)

    PL (il-Pollakk)

    PT (il-Portugiż)

    RO (ir-Rumen)

    SK (is-Slovakk)

    SL (is-Sloven)

    SV (l-Isvediż)

    (a)

    Lingwa 1

    Lingwa prinċipali:

    għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    u

     

    (b)

    Lingwa 2

    It-tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1):

    għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż

    IV.   TESTIJIET TAD-DĦUL

    1.

    Int se tkun mistieden għat-testijiet

    jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek sad-data ta' għeluq imsemmija fit-titolu VII; dawk il-kandidati biss li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni sad-data ta' għeluq se jkunu mistiedna biex jirriżervaw id-data għat-testijiet ta' dħul u din d-data ta' għeluq se tkun notifikata minn EPSO.

    jekk tkun irriżervajt id-data tat-testijiet tiegħek qabel id-data ta' għeluq notifikata minn EPSO.

    jekk, waqt l-applikazzjoni elettronika, tkun iddikjarajt li tissodisfa l-kondizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-titolu III.

    2.

    Deskrizzjoni u marki tat-testijiet

    Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bil-għan li jiġu evalwati l-ħiliet u l-kompetenzi ġenerali fir-rigward ta':

    Test a)

    ir-raġunament verbali

    marki: 0 sa 20 punt

    minimu meħtieġ: 10 punti

    Test b)

    ir-raġunament numeriku

    marki: 0 sa 10 punti

    Test c)

    ir-raġunament astratt

    marki: 0 sa 10 punti

     

    Il-minimu meħtieġ għat-testijiet b) u c) flimkien huwa ta' 10 punti

    Test d)

    Il-valutazzjoni sitwazzjonali

    marki: 0 sa 40 punt

    minimu meħtieġ: 24 punt

    3.

    Lingwa tat-testijiet

    Lingwa 1: testijiet a), b) u c)

    Lingwa 2: test d)

    V.   KOMPETIZZJONI ĠENERALI

    1.

    Int se tkun ammess* għaċ-ċentru ta' valutazzjoni jekk

    tkun (3) ksibt waħda mill-aħjar marki (4) għat-testijiet kollha tad-dħul,

    tkun ksibt il-minimu meħtieġ fit-testijiet,

    skont id-dikjarazzjonijiet tiegħek fl-applikazzjoni elettronika, tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-titolu III.

    (*)

    L-ammissjoni se tkun ikkonfermata bil-kundizzjoni ta' verifika ulterjuri tad-dokumenti ta' prova mehmuża mal-fajl tiegħek. Id-dokumenti ta' prova tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni u li jkunu kisbu l-aħjar marki fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni se jkunu eżaminati, f'ordni dixxendenti, sakemm jintlaħaq in-numru tal-kandidati li jikkwalifikaw indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni.

    Id-dokumenti ta' prova tal-kandidati li ġew ikklassifikati 'l isfel minn dan il-limitu mhux se jkunu eżaminati.

    2.

    Ċentru ta' evalwazzjoni

    Int se tkun mistieden tipparteċipa fl-istudju tal-każ fil-qasam magħżul (5) u għal elementi oħra fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju se jsiru fi Brussell jew fil-Lussemburgu u li jdumu jum jew jum u nofs. Int se tkun evalwat fuq il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam li tkun għażilt kif ukoll dwar dawn il-kompetenzi ġenerali:

    Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

    Komunikazzjoni

    Kwalità u riżultati

    Tagħlim u żvilupp

    Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

    Perseveranza

    Ħidma ma' persuna oħra

    Tmexxija

    Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali.

    Dawn il-kompetenzi se jiġu eżaminati permezz tal-elementi li ġejjin:

    (a)

    studju tal-każ fil-qasam magħżul

    (b)

    eżerċizzju fi grupp

    (c)

    preżentazzjoni orali

    (d)

    intervista strutturata

    3.

    Lingwa taċ-ċentru ta' evalwazzjoni

    Lingwa 2

    4.

    Marki

    Kompetenzi speċifiċi fil-qasam magħżul

    minn 0 sa 20 punt

    minimu meħtieġ: 10 punti

    Kompetenzi ġenerali

    minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali

    minimu meħtieġ:

     

    3 punti għal kull kompetenza

     

    50 punt minn 80 għat-8 kompetenzi ġenerali kollha

    VI.   LISTI TA' RIŻERVA

    1.

    Kandidati li jiddaħħlu fil-listi ta' riżerva

    Il-bord tal-għażla jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva, jekk int tkun (6) wieħed mill-kandidati li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ flimkien ma' waħda mill-aħjar marki fl-eżamijiet ta' evalwazzjoni kollha (ara l-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw, taqsima I.1) u jekk, skont id-dokumenti ta' prova tiegħek, int tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni.

    2.

    Klassifika

    Il-listi huma stabbiliti skont il-kompetizzjoni, skont il-grupp ta' mertu (massimu ta' 4) u skont l-ordni alfabetiku f'kull grupp ta' mertu.

    VII.   KIF TAPPLIKA?

    1.

    Applikazzjoni elettronika

    Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.

    Data ta' għ eluq (konferma inkluża): l-14 ta' April 2011 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

    2.

    Trażmissjoni tal-fajl ta' applikazzjoni

    F'fażi ulterjuri, jekk int tkun wieħed mill-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, se tkun mistieden tibgħat fajl ta' applikazzjoni komplut (applikazzjoni elettronika ffirmata u dokumenti ta' prova).

    Data ta' għeluq: Int se tiġi informat bid-data tal-għeluq, fi żmien xieraq, permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.

    Proċedura: ara l-punt 2.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali.


    (1)  F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.

    (2)  Issir eċċezzjoni għad-diplomi tal-kandidati li jinsabu fl-aħħar sena tal-istudji universitarji (ara l-punt 2 tal-anness).

    (3)  Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

    (4)  In-numru tal-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, għal kull kompetizzjoni u kull qasam, jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal tliet darbiet in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjonijiet u se jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-Internet tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-fażi ta' ammissjoni.

    (5)  Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, it-testijiet ta' raġunament jistgħu jsiru fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri u/jew fi Brussell, indipendentement minn provi oħra li jsiru fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

    (6)  Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati jkunu ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.


    ANNESS

    1.   AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA EWROPEA

    1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

    L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew l-entità tagħhom.

    Id-dmirijiet ewlenin tagħhom, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:

    it-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-kontroll tal-programmi u l-pjanijiet ta' azzjoni;

    il-ġestjoni ta' riżorsi, b'mod speċjali l-persunal, il-finanzi u t-tagħmir;

    l-assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontribuzzjonijiet miktuba jew orali;

    it-tfassil ta' aġġornamenti ta' analiżi ta' politika;

    il-komunikazzjoni esterna kif ukoll r-rappurtar u l-komunikazzjoni interna;

    il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn is-servizzi u l-istituzzjonijiet, kif ukoll r-relazzjonijiet ma' partijiet interessati esterni.

    2.   Kwalifiki

    Grad AD 5

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma.

    L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw għall-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu d-diploma tagħhom sal-31 ta' Lulju 2011.

    Grad AD 7

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar iċċertifikati b'diploma.

    Jew

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena relatata man-natura tal-funzjonijiet.

    NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-anqas sena hija parti integrali tad-diploma u ma tistax tittieħed inkonsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

    3.   Esperjenza professjonali

    Grad AD 5

    L-ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa.

    Grad AD 7

    Esperjenza professjonali ta' livell universitarju ta' mill-inqas sitt snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    Din l-esperjenza professjonali hija relevanti biss jekk tkun inkisbet wara d-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

    2.   LIĠI

    1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

    L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-liġi huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew l-entità tagħhom, jipprovdu konsulenza u pariri legali lill-unitajiet ta' ġestjoni u/jew operattivi fi ħdan id-dipartiment tagħhom, filwaqt li jiżguraw konformità mal-liġi Ewropea u nazzjonali.

    Id-dmirijiet ewlenin involuti, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:

    l-assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontribuzzjonijiet miktuba jew orali;

    l-analiżi, ir-riċerka, il-pariri u l-assistenza fil-qasam legali kif ukoll is-superviżjoni ta' kwistjonijiet legali;

    it-tfassil ta' dokumenti legali;

    ir-rappurtar u l-komunikazzjoni interna dwar kwistjonijiet legali;

    il-koordinazzjoni mad-dipartimenti l-oħra u l-konsultazzjoni tagħhom dwar kwistjonijiet legali;

    il-ġestjoni ta' riżorsi, b'mod speċjali l-persunal, il-finanzi u t-tagħmir;

    it-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-kontroll tal-programmi u l-pjanijiet ta' azzjoni.

    2.   Kwalifiki

    Grad AD 5

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fil-liġi.

    L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw għall-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2011.

    Grad AD 7

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar, iċċertifikati b'diploma fil-liġi.

    Jew

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-anqas sena hija parti integrali tad-diploma u ma tistax tittieħed inkonsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

    3.   Esperjenza professjonali

    Grad AD 5

    L-ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa.

    Grad AD 7

    Esperjenza professjonali ta' livell universitarju ta' mill-inqas sitt snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    Din l-esperjenza professjonali hija relevanti biss jekk tkun inkisbet wara d-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

    3.   EKONOMIJA

    1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

    L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-ekonomija huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew entità tagħhom, jipprovdu analiżi ekonomika u/jew statistika meħtieġa għall-bidu, żvilupp, ġestjoni u/jew evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea.

    Id-dmirijiet ewlenin tagħhom, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:

    l-assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontribuzzjonijiet miktuba jew orali;

    l-analiżi strateġika kif ukoll id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-metodi ta' analiżi u ta' studji tal-politika, b'mod speċjali l-metodi empiriċi fil-qasam tal-ekonomija;

    l-analiżi u t-tfassil tal-politiki ekonomiċi fil-qasam tal-finanzi pubbliċi, ir-riformi strutturali (inkluż is-suq tax-xogħol), il-munita unika, is-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-integrazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż u l-kummerċ internazzjonali fil-qasam istituzzjonali mogħti mit-Trattat;

    il-komunikazzjoni esterna relatata mal-politika kif ukoll ir-rappurtar u l-komunikazzjoni interni;

    ir-relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet tal-UE u dipartimenti interni oħra kif ukoll ir-relazzjonijiet ma' partijiet interessati esterni, u r-relazzjonijiet mal-Istati Membri;

    il-koordinazzjoni mad-dipartimeni l-oħra u l-konsultazzjoni tagħhom dwar kwistjonijiet ta' politika;

    il-valutazzjoni tal-impatt u tar-riskji;

    it-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-kontroll tal-programmi u l-pjanijiet ta' azzjoni;

    il-koordinazzjoni ta' gruppi ta' ħidma stabbiliti mill-Istati membri, l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati esterni;

    il-ġestjoni ta' riżorsi, b'mod speċjali l-persunal, il-finanzi u t-tagħmir.

    2.   Kwalifiki

    Grad AD 5

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fl-ekonomija.

    L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw għall-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sal-31 ta' Lulju 2011.

    Grad AD 7

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar iċċertifikati b'diploma fl-ekonomija.

    Jew

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-anqas sena hija parti integrali tad-diploma u ma tistax tittieħed inkonsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

    3.   Esperjenza professjonali

    Grad AD 5

    L-ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa.

    Grad AD 7

    Esperjenza professjonali ta' livell universitarju ta' mill-inqas sitt snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    Din l-esperjenza professjonali hija relevanti biss jekk tkun inkisbet wara d-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

    4.   AWDITJAR

    1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

    L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-awditjar huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew l-entità tagħhom.

    Huma jkunu mitluba wkoll biex jaħdmu f'oqsma bħall-awditjar finanzjarju, tal-prestazzjoni u dik interna. Dawn l-awdituri jipprovdu servizzi ta' assigurazzjoni u ta' konsulenza fl-oqsma operattivi kollha tal-Unjoni Ewropea bl-għan li jtejbu l-governanza u l-ġestjoni. Dan jista' jinvolvi operazzjonijiet fis-27 Stat Membru kif ukoll f'pajjiżi terzi.

    Id-dmirijiet ewlenin involuti, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:

    l-awditjar estern, l-awditjar finanzjarju kif ukoll l-eżaminazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba, inklużi l-implimentazzjoni u r-rappurtar;

    il-kontroll u l-ispezzjonijiet esterni, it-titjib ta' sistemi ta' kontroll;

    l-awditjar intern, l-appoġġ metodoloġiku, il-konsulenza u t-taħriġ;

    il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn is-servizzi dwar kwistjonijiet tal-awditjar;

    l-informazzjoni u l-konsulenza dwar kwistjonijiet tal-awditjar.

    2.   Kwalifiki

    Grad AD 5

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma b'rabta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ professjonali/kwalifika professjonali ta' livell ekwivalenti relevanti ma' dawk il-funzjonijiet.

    L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw għall-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sal-31 ta' Lulju 2011.

    Grad AD 7

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas erba' snin iċċertifikati b'diploma b'rabta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ professjonali/kwalifika professjonali ta' livell ekwivalenti relevanti ma' dawk il-funzjonijiet.

    Jew

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma b'rabta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ professjonali/kwalifika professjonali ta' livell ekwivalenti relevanti ma' dawk il-funzjonijiet, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-anqas sena hija parti integrali tad-diploma u ma tistax tittieħed inkonsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

    Jekk jogħġbok kun af li jista' jkollok bżonn tagħti prova ċara tas-suġġetti studjati sabiex ikun iktar faċli għall-bord tal-għażla biex jivvaluta jekk il-kwalifiki humiex rilevanti.

    3.   Esperjenza professjonali

    Grad AD 5

    L-ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa.

    Grad AD 7

    Esperjenza professjonali ta' mill-inqas sitt snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    Din l-esperjenza professjonali hija relevanti biss jekk tkun inkisbet wara d-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

    5.   FINANZI

    1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

    L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-finanzi huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew l-entità tagħhom.

    Huma jkunu mitluba wkoll biex jaħdmu f'oqsma bħall-proċeduri finanzjarji, baġitarji, it-tfassil ta' rapporti u ta' kontijiet annwali u ta' diversi xogħlijiet ta' awditjar.

    Dawn l-aġenti jipprovdu lid-dipartimenti l-informazzjoni neċessarja biex jistabbilixxu l-informazzjoni finanzjarja jew biex jikkontrollaw il-ġestjoni u jiżguraw il-preżentazzjoni tal-kontijiet fl-oqsma operattivi kollha tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jtejbu l-governanza u l-ġestjoni. Dan jista' jinvolvi operazzjonijiet fis-27 Stat Membru kif ukoll f'pajjiżi terzi.

    Id-dmirijiet ewlenin tagħhom, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:

    il-kontroll u l-ispezzjonijiet esterni, it-titjib ta' sistemi ta' kontroll;

    is-segwitu tal-proċeduri finanzjarji u baġitarji (krediti, impenji, pagamenti);

    il-parteċipazzjoni fl-elaborazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji u t-tfassil ta' rapporti u kontijiet annwali;

    il-ġestjoni tar-riskji tal-organizzazzjoni, operattivi, strateġiċi, soċjali, ġuridiċi, politiċi u ambjentali;

    l-assigurazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet;

    l-użu tar-riżorsi b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji ta' ekonomija, effiċjenza u effikaċja;

    diversi xogħlijiet ta' awditjar estern, intern u ta' konsulenza;

    l-iżgurar li t-tranżazzjonijiet finanzjarji jkunu kodifikati b'mod korrett u segwiti fis-sistemi finanzjarji/ta' kontabbiltà.

    2.   Kwalifiki

    Grad AD 5

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw għall-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sal-31 ta' Lulju 2011.

    Grad AD 7

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar iċċertifikati b'diploma b'rapport man-natura tal-funzjonijiet.

    Jew

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-anqas sena hija parti integrali tad-diploma u ma tistax tittieħed inkonsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

    3.   Esperjenza professjonali

    Grad AD 5

    L-ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa.

    Grad AD 7

    Esperjenza professjonali ta' mill-inqas sitt snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    Din l-esperjenza professjonali hija relevanti biss jekk tkun inkisbet wara d-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

    6.   STATISTIKA

    1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

    L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-istatistika jikkontribwixxi għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programm ta' statistika fl-oqsma ta' metodoloġija ta' statistika, ġestjoni tad-dejta u analiżi tad-dejta tal-istatistika, attivitajiet regolatorji u ta' koordinazzjoni fl-oqsma ta' statistika, disseminazzjoni tal-informazzjoni tal-istatistika u ġestjoni ta' proġetti/proċessi ta' statistika.

    Id-dmirijiet ewlenin involuti jinkludu:

    ħidma fuq il-metodoloġija ġenerali ta' statistika, inklużi l-metodi matematiċi għall-istatistiċi uffiċjali;

    ħidma fl-oqsma tal-istatistiki ekonomiċi u finanzjarji, statistiki soċjali, statistiki agrikoli u ambjentali, sistemi ta' kontabbiltà ta' statistika;

    analiżi tad-domanda u l-użu tad-dejta u l-indikaturi tal-istatistika, it-tfassil u l-ġestjoni tal-proġetti u l-proċessi;

    definizzjoni tal-objettivi u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet relatati mal-ġabra, trattament, analiżi u d-disseminazzoni tal-informazzjoni tal-istatistika, u t-titjib tal-kwalità;

    analiżi ta' validazzjoni, kwantitattiva u kwalitattiva tad-dejta tal-istatistika;

    l-immudellar statistiku u ekonometriku;

    analiżi kwantitattiva, b'mod partikolari l-analiżi soċjometrika u ekonometrika.

    Dawn il-funzjonijiet jeħtieġu l-kapaċita ta' ħidma f'oqsma trażversali, kif ukoll ħiliet tajbin ta' komunikazzjoni u ta' tfassil.

    2.   Kwalifiki

    Grad AD 5

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fl-istatistika, fl-ekonomija, fil-matematika jew f'dixxipplina oħra b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw għall-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sal-31 ta' Lulju 2011.

    Grad AD 7

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' erba' snin jew iktar iċċertifikati b'diploma fl-istatistika, fl-ekonomija, fil-matematika jew f'dixxipplina oħra b'rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

    Jew

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fl-istatistika, fl-ekonomija, fil-matematika jew f'dixxipplina oħra b'rabta man-natura tal-funzjonijiet, segwiti minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-anqas sena hija parti integrali tad-diploma u ma tistax tittieħed inkonsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

    Jekk jogħġbok kun af li jista' jkollok bżonn tagħti prova ċara tas-suġġetti studjati sabiex ikun iktar faċli għall-bord tal-għażla biex jivvaluta jekk il-kwalifiki humiex rilevanti.

    3.   Esperjenza professjonali

    Grad AD 5

    L-ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa.

    Grad AD 7

    Esperjenza professjonali ta' livell universitarju ta' mill-inqas sitt snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet.

    Din l-esperjenza professjonali hija relevanti biss jekk tkun inkisbet wara d-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.


    Top