EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/068/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6119 – Arla/Hansa) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 68, 3.3.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6119 – Arla/Hansa)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 68/08

1.

Fil-25 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arla Foods amba (“Arla”, id-Danimarka) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ tal-impriża Hansa-Milch Mecklenburg-Holstein eg (“Hansa”, il-Ġermanja) permezz tax- xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Arla: Arla hija kooperattiva tal-ħalib proprjetà ta' bdiewa tal-ħalib Svediżi u Daniżi u hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' varjetà ta' prodotti tal-ħalib fuq bażi dinjija,

Għal Hansa: Hansa hija kooperattiva, proprjetà ta' bdiewa tal-ħalib Ġermaniżi u hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tal-ħalib, b'mod partikolari prodotti friski tal-ħalib, ħalib li jżomm għat-tul, butir u trab tal-ħalib.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6119 – Arla/Hansa, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top