EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/318A/01

Rettifika għall-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 — Ġestjoni ta' Fondi Strutturali/Fond ta' Koeżjoni — Amministraturi (AD 6) ( ĠU C 292 A, 28.10.2010 )

ĠU C 318A, 23.11.2010, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 318/1

Rettifika għall-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 — Ġestjoni ta' Fondi Strutturali/Fond ta' Koeżjoni — Amministraturi (AD 6)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 292 A tat-28 ta' Ottubru 2010 )

(2010/C 318 A/01)

F'paġna 5, fit-taqsima VII.1:

minflok:

1.

Iskrizzjoni elettronika

Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.

Data ta' għeluq: is-26 ta' Novembru 2010 f'12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

aqra:

1.

Iskrizzjoni elettronika

Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq is-sit tal-internet tal-EPSO.

Data ta' għeluq: id-9 ta' Diċembru 2010 f'12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

F'paġna 7, fl-Anness 1:

minflok:

4.   Kriterji ta' għażla

Fil-qafas tal-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra dawn l-elementi li ġejjin:

1.

Minħabba n-natura ta' ċerti postijiet li jridu jimtlew, b'mod speċjali fil-qasam tal-politika reġjonali, il-ħila ċċertifikata ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin, li għandha tkun differenti mil-lingwi 1 u 2 mitluba fit-taqsima II, punt 2.3:

(BG) Bulgaru, (CS) Ċek, (EL) Grieg, (ET) Estonjan, (HU) Ungeriż, (LT) Litwan, (LV) Latvjan, (MT) Malti, (PL) Pollakk, (RO) Rumen, (SK) Slovakk, (SL) Sloven.

2.

Taħriġ addizzjonali f'wieħed mill-oqsma li ġejjin:

l-iżvilupp reġjonali;

l-impjieg, it-taħriġ u l-edukazzjoni;

l-iżvilupp rurali u l-agrikoltura;

is-settur tas-sajd.

3.

Esperjenza professjonali rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni, verifika u kontroll u evalwazzjoni tal-programmi u tal-proġetti sostnuti mill-fondi strutturali/fond ta' koeżjoni, kif ukoll dawk sostnuti mill-FAEŻR u l-FES.

4.

Esperjenza professjonali kif imfissra fil-punt 3 hawn fuq, għajr it-3 snin mitluba.

5.

Esperjenza professjonali f'wieħed mill-oqsma ta' interventi koperti mill-fondi kkonċernati, b'mod speċjali:

l-infrastrutturi tat-trasport, l-ambjent, it-telekomunikazzjonijiet u l-enerġija;

l-adattament taż-żoni urbani u rurali;

l-investimenti produttivi;

ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija;

l-aċċess tal-impriżi għall-kreditu u l-inġinerija finanzjarja;

l-impjiegi, it-taħriġ u l-edukazzjoni;

l-iżvilupp rurali u l-agrikoltura;

is-settur tas-sajd.

6.

Esperjenza ta' negozjati f'organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali.

7.

Esperjenza fir-riċerka akkademika jew fit-tagħlim f'wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:

l-iżvilupp reġjonali;

l-impjiegi, it-taħriġ u l-edukazzjoni;

l-iżvilupp rurali u l-agrikoltura;

l-iżvilupp u r-rikonverżjoni tas-settur tas-sajd.

8.

Pubblikazzjonijiet f'wieħed jew f'diversi minn dawn l-oqsma li ġejjin:

l-iżvilupp reġjonali;

l-impjieg, it-taħriġ u l-edukazzjoni;

l-iżvilupp rurali u l-agrikoltura;

l-iżvilupp u r-rikonverżjoni tas-settur tas-sajd.

9.

Lawrija fil-livell ta' master's relatata mal-esperjenza professjonali kif deskritta fil-punt 3 hawn fuq.

10.

Dottorat relatat mal-esperjenza professjonali kif deskritta fil-punt 3 hawn fuq.

Lawrija fil-livell ta' Master's relatata mal-esperjenza professjonali kif deskritta fil-punt 3 hawn fuq.

10.

Dottorat relatat mal-esperjenza professjonali kif deskritta fil-punt 3 hawn fuq.

Top