This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2010/312A/01
Notice of open competition EPSO/AST/111/10 — Secretaries (AST 1) — DA/DE/EN/ES/FR/MT/NL/PT/SV
Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/111/10 — Segretarjat (AST 1) — DA/DE/EN/ES/FR/MT/NL/PT/SV
Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/111/10 — Segretarjat (AST 1) — DA/DE/EN/ES/FR/MT/NL/PT/SV
ĠU C 312A, 17.11.2010, p. 1–5
(ES, DA, DE, EN, FR, MT, NL, PT, SV)
17.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 312/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AST/111/10
SEGRETARJAT (AST 1)
DA/DE/EN/ES/FR/MT/NL/PT/SV
(2010/C 312 A/01)
Interessat f'karriera fl-istituzzjonijiet Ewropej?
Il-profil tiegħek jikkorrispondi mal-kriterji tagħna?
Mela applika
Agħti lilek innifsek iċ-ċans li tirnexxi
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq riżerva għar-reklutaġġ ta' assistenti (1).
EPSO/AST/111/10 (AST 1)
IL-QASAM TAS-SEGRETARJAT
fil-lingwi li ġejjin:
(DA) DANIŻ, (DE) ĠERMANIŻ, (EN) INGLIŻ, (ES) SPANJOL, (FR) FRANĊIŻ, (MT) MALTI, (NL) OLANDIŻ, (PT) PORTUGIŻ, (SV) SVEDIŻ
L-għan ta' din il-kompetizzjoni hu li jinħolqu listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 184 A tat-8 ta' Lulju 2010 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.
Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż ta' kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
WERREJ
I. |
QAFAS ĠENERALI |
II. |
DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET |
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
IV. |
TESTIJIET TAD-DĦUL |
V. |
KOMPETIZZJONI ĠENERALI U EŻAMIJIET TA' EVALWAZZJONI |
VI. |
LISTI TA' RIŻERVA |
VII. |
KIF TAPPLIKA? |
I. QAFAS ĠENERALI
|
DA = 35 DE = 62 EN = 98 ES = 22 FR = 86 MT = 42 NL = 27 PT = 19 SV = 23 |
||
|
Int tista' tapplika għal-lingwa waħda biss. Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ivvalidajt u bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku. |
II. DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET
Id-deskrizzjoni u l-livell tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu jinkludu l-eżekuzzjoni tal-kompiti li ġejjin:
— |
L-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta' laqgħat, inkluża t-tħejjija ta' fajls u ta' dokumenti ta' ħidma. |
— |
Ir-riċezzjoni, l-iffiltrar u l-ipproċessar tat-telefonati, l-ipproċessar tal-korrispondenza u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni ġenerali lil min iċempel. |
— |
Il-ġestjoni tal-kaxex postali elettroniċi u tal-kaxex postali funzjonali. |
— |
Il-ġestjoni tal-aġenda, is-superviżjoni tal-iskeda u l-iżgurar li l-iskadenzi jiġu osservati. |
— |
L-għoti ta' appoġġ amministrattiv ġenerali, partikolarment fil-ġestjoni tad-dokumenti (ir-riċezzjoni, l-ipproċessar, il-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tad-dokumenti u l-ittri). |
— |
Il-preparazzjoni u l-ġestjoni tal-missjonijiet; il-ġestjoni tal-assenzi. |
— |
Il-preżentazzjoni u l-verifika tad-dokumenti (l-issettjar tal-paġni, l-ifformattjar u t-tabelli). |
— |
L-abbozzar (fil-livell segretarjali) ta' noti, ittri u rendikonti. |
— |
Diversi xogħlijiet amministrattivi tas-segretarjat oħrajn marbuta mal-ġestjoni ta' fajls u r-riċerka ta' informazzjoni, li jkunu partikolarment jeħtieġu l-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni. |
— |
Fis-servizzi tat-traduzzjoni: ir-riċezzjoni, il-ġestjoni u l-ipproċessar tat-talbiet għat-traduzzjoni u b'mod partikolari l-preparazzjoni, l-ipproċessar u l-finalizzazzjoni tad-dokumenti, prinċipalment permezz ta' softwer tat-traduzzjoni, id-dħul u l-aġġornament ta' memorji tat-traduzzjoni, kif ukoll xogħlijiet relatati mal-issettjar tal-paġni u l-ifformattjar. |
Il-profil ġenerali tal-kandidati mfittex mill-istituzzjonijiet huwa spjegat fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
|
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
2.1. |
Kwalifiki |
||||||||
Jew (a) |
Livell ta' edukazzjoni għolja, iċċertifikat b'diploma direttament relatata mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet (ara t-Taqsima II). |
||||||||
Jew (b) |
Livell ta' edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat b'diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin, li hija direttament relatata mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet (ara t-Taqsima II). NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-anqas tliet snin, imsemmija fil-punt b), tagħmel parti integrali mid-diploma. |
||||||||
2.2. |
Esperjenza professjonali L-ebda esperjenza professjonali mhija meħtieġa. |
||||||||
2.3. |
Għarfien lingwistiku |
||||||||
|
Il-lingwa ewlenija: għarfien profond tal-lingwa magħżula għall-kompetizzjoni fost DA/DE/EN/ES/FR/MT/NL/PT/SV. |
||||||||
u |
|
||||||||
|
It-tieni lingwa (li għandha tkun differenti mil-lingwa 1): għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż |
IV. TESTIJIET TAD-DĦUL
|
, tkun iddikjarajt li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III. |
|||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bil-għan li jiġu evalwati l-ħiliet u l-kompetenzi ġenerali fir-rigward ta': |
|||
Test (a) |
ir-raġunament verbali |
marki: 0 sa 20 punt il-minimu meħtieġ: 10 punti |
||
Test (b) |
ir-raġunament numeriku |
marki: 0 sa 10 punti |
||
Test (c) |
ir-raġunament astratt |
marki: 0 sa 10 punti |
||
|
Il-minimu meħtieġ għat-testijiet kollha b) u c) huwa ta' 10 punti |
|||
Test (d) |
kapaċitajiet professjonali: eżattezza u preċiżjoni |
marki: 0 sa 20 punt il-minimu meħtieġ: 10 punti |
||
Test (e) |
kapaċitajiet professjonali: prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
marki: 0 sa 20 punt il-minimu meħtieġ: 10 punti |
||
Test (f) |
kompetenzi fil-qasam tas-segretarjat |
marki: 0 sa 20 punt il-minimu meħtieġ: 10 punti |
||
|
Lingwa 1 għat-testijiet a), b) u c) Lingwa 2 għat-testijiet d), e) u f) |
V. KOMPETIZZJONI ĠENERALI U EŻAMIJIET TA' EVALWAZZJONI
|
jekk int tikseb waħda mill-aħjar marki kif ukoll il-minimu meħtieġ għat-testijiet tad-dħul (2) u jekk, skont id-dikjarazzjonijiet tiegħek fl-applikazzjoni elettronika, int tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III (3).
|
||||||||||||||||||||||||
|
Int se tkun mistieden tipparteċipa fl-eżamijiet ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju jsiru fi Brussell, u li jdumu ġurnata. Int se tkun evalwat fuq il-kompetenzi speċifiċi tiegħek f'dan il-qasam kif ukoll fuq il-kompetenzi ġenerali li ġejjin:
Dawn il-kompetenzi huma mfissra fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. Dawn il-kompetenzi se jiġu eżaminati permezz tal-elementi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||
|
Lingwa 2: testijiet a) u b) Lingwa 1: testijiet c) u d) |
||||||||||||||||||||||||
|
Kompetenzi speċifiċi minn 0 sa 30 punt il-minimu meħtieġ: 15-il punt Kompetenzi ġenerali minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali il-minimu meħtieġ:
|
VI. LISTI TA' RIŻERVA
|
Il-bord tal-għażla jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva, jekk int tkun wieħed mill-kandidati (5) li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ flimkien ma' waħda mill-aħjar marki fl-eżamijiet ta' evalwazzjoni kollha (ara l-għadd ta' kandidati magħżula, Taqsima I.1) u jekk, skont id-dokumenti ta' appoġġ tiegħek, int tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni. |
||
|
Il-listi se jiġu stabbiliti skont il-lingwa u skont il-grupp ta' mertu (massimu ta' 4) u se jsiru f'ordni alfabetiku f'kull grupp ta' mertu. |
VII. KIF TAPPLIKA?
|
Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO. Data tal-għeluq: is-16 ta' Diċembru 2010 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell. |
||
|
F'fażi ulterjuri u kemm-il darba tkun tagħmel parti mill-kandidati ammessi għall-eżamijiet ta' evalwazzjoni, int se tkun mitlub tibgħat fajl ta' applikazzjoni komplut (applikazzjoni elettronika ffirmata flimkien ma' dokumenti ta' appoġġ). Data tal-għeluq: Int se tiġi informat bid-data tal-għeluq, fi żmien xieraq, permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO. Kundizzjonijiet: ara l-punt 2.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
(1) F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Fil-każ fejn fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jkunu mistiedna għall-eżamijiet ta' evalwazzjoni.
(3) L-għadd ta' kandidati mistiedna għall-eżamijiet ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal 2,5 darbiet l-għadd ta' kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u li se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).
(4) Aktar dettalli dwar it-tastieri li se jingħataw lill-kandidati se jiġu pprovduti flimkien mal-istedina għall-eżamijiet ta' evalwazzjoni. Il-kandidati se jingħataw tastieri standard bħal dawk li jintużaw fuq is-suq tax-xogħol Ewropew.
(5) Fil-każ fejn fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.