Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/304/08

    Sejħa għall-offerti – EACEA/27/10 – MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – i2i Audiovisual

    ĠU C 304, 10.11.2010, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/10


    SEJĦA GĦALL-OFFERTI – EACEA/27/10

    MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ

    i2i Audiovisual

    2010/C 304/08

    1.   Għanijiet u deskrizzjoni

    Dan l-avviż ta’ seħja għall-offerti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

    Fost il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni hemm l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni.

    L-appoġġ għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess tal-kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej għall-finanzjamenti allokati mill-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji, billi jikkofinanzja parti mill-ispejjeż tal-punti li ġejjin:

    —   Assigurazzjoni għall-produzzjonijiet awdjoviżivi: Modulu 1: Appoġġ għall-partita “assigurazzjoni” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

    —   Garanzija ta’ tlestija għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu 2: Appoġġ għall-partita “garanzija ta’ tlestija” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni;

    —   Finanzjament bankarju għall-produzzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv: Modulu 3: Appoġġ għall-partita “spejjeż finanzjarji” mniżżel f’baġit ta’ produzzjoni.

    2.   Kandidati eliġibbli

    Dan l-avviż huwa indirizzat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet msemmijin hawn fuq, b’mod partikolari lill-kumpaniji ta’ produzzjoni awdjoviżivi indipendenti.

    Il-kandidati għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea;

    il-pajjiżi tal- fiz-ZEE;

    l-Iżvizzera u l-Kroazja.

    3.   Azzjonijiet eliġibbli

    Ix-xogħol awdjoviżiv propost:

    għandu jkun drama, animazzjoni jew dokumentarju kreattiv il-maġġoranza prodotta minn kumpaniji stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA.

    għandu jkun prodott b’parteċipazzjoni sinifikanti ta’ professjonisti li ġejjin minn Stati parteċipanti fil-Programm MEDIA, jew li għandhom ir-residenza tagħhom hemm.

    It-tul massimu għall-proġetti huwa 30 xahar.

    Din is-seħja għall-offerti tikkonċerna esklussivament il-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Ġunju 2010 u s-6 ta’ Ġunju 2011.

    4.   Kriterji ta’ għoti

    Il-kandidati/proġetti eliġibbli ser ikunu evalwati skont il-kritertji li ġejjin:

    —   Proġetti li jibbenfikaw minn appoġġ MEDIA għall-iżvilupp ta’ proġetti individwali għall-pajjiżi l-kbar u/jew ta’ katalgi ta’ proġetti għall-pajjiżi li għandhom kapaċità awdjoviżiva żgħira: 10 punti

    —   Proġetti li jibbenfikaw minn kreditu ta’ finanzjament bankarju: 10 punti

    —   Proġetti li ġejjin minn pajjiż li għandu kapaċità awdjoviżiva żgħira: 10 punti

    —   Proġetti li ġejjin minn pajjiżi membri ġodda: 5 punti

    —   Proġetti li għandhom dimensjoni Ewropea: koproduzzjoni li tkopri aktar minn pajjiż wieħed li jkun qed jipparteċipa fil-Programm MEDIA: 3 punti

    Fi ħdan il-limitu tal-baġit disponibbli, il-proġetti li jkollhom l-aktar punti fuq il-bażi tal-kriterji hawn fuq jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja.

    Fil-każ li, wara l-proċess indikat hawn fuq, bosta proġetti jkollhom l-istess punti, jiġi investigat il-kriterju li jmiss għal dawn il-proġetti biss:

    —   Koproduzzjoni li tkopri aktar minn pajjiż wieħed li jkun qiegħed jipparteċipa fil-Programm MEDIA: punt wieħed għal kull pajjiż.

    Fi ħdan il-limitu tal-baġit disponibbli, il-proġetti li jkollhom l-aktar punti fuq il-bażi tal-punti hawn fuq jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja.

    Fil-każ li, wara l-proċess indikat hawn fuq, bosta proġetti jkollhom l-istess punti, jiġi investigat il-kriterju li jmiss għal dawn il-proġetti biss:

    —   Potenzjal ta’ distribuzzjoni internazzjonali: 0-5 punti.

    5.   Baġit

    Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa ta’ EUR 3 miljun. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż 50 % – (60 %) tal-ispejjeż eliġibbli. L-ammont tal-appoġġ huwa bejn 5 000 u EUR 50 000. L-ammont tal-appoġġ ma jistax jaqbeż il-limitu massimu ta’ EUR 50 000 għal kull proġett.

    6.   Data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni

    Id-dati ta’ għeluq biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma

    10 ta’ Jannar 2011, għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Ġunju 2010 u t-10 ta’ Jannar 2011.

    6 ta’ Ġunju 2011 għall-proġetti li jibdew bejn l-1 ta’ Diċembru 2010 u s-6 ta’ Ġunju 2011.

    L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

    Education Audiovisual and Culture Executive Agency

    Call for Proposals EACEA/27/10

    Mr Constantin DASKALAKIS

    BOUR 3/30

    Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

    1140 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.

    L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.

    7.   Tagħrif sħiħ

    Il-linji gwida ddettaljati tas-sejħa għall-offerti, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn http://ec.europa.eu/media

    Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-test sħiħ u jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.


    Top