Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/302/08

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6011 – ATP/PFA/Folksam Group/CPD/FIH Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 302, 9.11.2010, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/8


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6011 – ATP/PFA/Folksam Group/CPD/FIH Group)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 302/08

    1.

    Fid-29 ta’ Ottubru 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Arbejdsmarkedets Tillægspension (“ATP”, id-Danimarka), Pension forsikringsaktieselskab (“PFA”, id-Danimarka), Folksam ömsesidig livsförsäkring u Folksam ömsesidig sakförsäkring (flimkien, il-“Grupp Folksam”, l-Isvezja) u C.P. Dyvig & Co. A/S (“CPD”, id-Danikarka) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt sħiħ tal-impriża FIH Erhvervsbank A/S (“FIH”, id-Danimarka) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal ATP: il-provvediment ta' pensjonijiet,

    għal PFA: pensjonijiet u assikurazzjoni għall-ħajja,

    għall-Folksam Group: assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja,

    għal CPD: pariri finanzjarji, finanzjament għall-impriżi, pariri dwar fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, u investimenti f'ekwità,

    għal FIH: servizzi bankarji għall-impriżi, iffinanzjar għall-proprjetà, finanzjar strutturat, swieq tal-kapital, pariri dwar fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, u servizzi bankarji ta' investiment.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6011 – ATP/PFA/Folksam Group/CPD/FIH Group, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top