EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/272/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/603/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004

ĠU C 272, 8.10.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/603/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004

2010/C 272/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/603/PESK u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għadhom jissodisfaw il-kriterju li jinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/603/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja, u konsegwentement huma għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri kif imġedda bid-Deċiżjoni 2010/603/PESK.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti tal-internet fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1763/2004, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


Top