Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/265A/06

    Avviż ta' kompetizzjonijiet miftuħa — COM/AD/11/10 u COM/AD/12/10

    ĠU C 265A, 30.9.2010, p. 54–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 265A, 30.9.2010, p. 6–6 (GA)

    30.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CA 265/54


    AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA — COM/AD/11/10 U COM/AD/12/10

    (2010/C 265 A/06)

    Interessat f'karriera mal-Istituzzjonijiet Ewropej?

    Il-profil tiegħek jissodisfa l-kriterji tagħna?

    Għalfejn ma tapplikax?

    Agħti lilek innifsek ċans li tirnexxi.

    Il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza kompetizzjonijiet miftuħa, abbażi ta' kwalifiki u eżamijiet sabiex toħloq listi ta' riżerva minn fejn tappunta Amministraturi tar-Riċerka fil-gradi AD6 u AD7 (1).

    COM/AD/11/10 — AMMINISTRATURI TAR-RIĊERKA (AD6)

    COM/AD/12/10 — AMMINISTRATURI TAR-RIĊERKA (AD7)

    fid-dominju li ġej:

    XJENZI AMBJENTALI

    Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet fil-gwida ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 184 A tat-8 ta' Lulju 2010 u fuq il-websajt tal-EPSO http://europa.eu/epso/apply/index_mt.htm

    Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli tal-proċedura u kif għandek tapplika.

    WERREJ

    I.

    SFOND ĠENERALI

    II.

    DMIRIJIET

    III.

    ELIĠIBBILTÀ

    IV.

    AMMISSJONI FIL-KOMPETIZZJONIJIET U STEDINA FIĊ-ĊENTRU TAL-EVALWAZZJONI

    V.

    KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

    VI.

    LISTI TA' RIŻERVA

    VII.

    KIF TAPPLIKA

     

    ANNESSI

    I.   SFOND ĠENERALI

    Qed jiġu organizzati żewġ kompetizzjonijiet miftuħa, waħda fil-grad AD6 u l-oħra fil-grad AD7, fid-dominju tax-Xjenzi Ambjentali sabiex jiġu appuntati rispettivament Amministraturi tar-Riċerka mal-Kummissjoni Ewropea, l-aktar fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).

    Il-JRC għandu l-missjoni li jipprovdi sostenn xjentifiku u tekniku, b'enfasi fuq il-konsumatur, għat-tnissil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE. Bħala servizz tal-Kummissjoni Ewropea, il-JRC jiffunzjona bħala ċentru ta' referenza xjentifika u teknoloġika għall-Unjoni. F'livell qrib il-proċess tat-tfassil tal-politika, il-JRC jaqdi l-interess komuni tal-Istati Membri, filwaqt li huwa indipendenti minn interessi speċjali, kemm privati kif ukoll nazzjonali.

    Dawn il-kompetizzjonijiet ser iservu biex jitħejjew listi ta' riżerva minn fejn jimtlew il-postijiet vakanti, l-aktar fl-Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà, f'Ispra, l-Italja.

    L-għadd ta' kandidati li jgħaddu, skont il-kompetizzjoni u l-qasam kif ukoll indikazzjoni tal-post tax-xogħol huma msemmija hawn taħt:

     

    Għadd ta' kandidati li jgħaddu skont il-kompetizzjoni

     

    Dominju

    Oqsma

    AD6

    AD7

    Istituti/Lokalitajiet

    Xjenzi Ambjentali

    1

    Studjużi tal-Kimika u Bijoloġisti Ambjentali

    8

    2

    IES, Ispra (IT)

    2

    Mudellaturi Ambjentali

    5

    2

    IES, Ispra (IT)

    3

    Valutazzjoni tar-Riskji Ambjentali

    10

    2

    IES, Ispra (IT)

    4

    Xjenzati tar-Riżorsi tan-Natura

    5

    2

    IES, Ispra (IT)

    Rimarki

    Fl-istess waqt il-Kummissjoni qiegħda tippubblika l-kompetizzjonijiet li ġejjin:

    COM/AD/01/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fil-kimika, il-bijoloġija u x-xjenzi tas-saħħa

    COM/AD/02/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fil-kimika, il-bijoloġija u x-xjenzi tas-saħħa

    COM/AD/03/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fil-fiżika

    COM/AD/04/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fil-fiżika

    COM/AD/05/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fil-mekkanika strutturali

    COM/AD/06/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fil-mekkanika strutturali

    COM/AD/07/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fl-analiżi kwantitattiva tal-politika

    COM/AD/08/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fl-analiżi kwantitattiva tal-politika

    COM/AD/09/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fix-xjenzi spazjali

    COM/AD/10/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fix-xjenzi spazjali

    COM/AD/13/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fix-xjenzi tal-enerġija

    COM/AD/14/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) fix-xjenzi tal-enerġija

    COM/AD/15/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD6) fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni/informazzjoni

    COM/AD/16/10 — Amministraturi tar-Riċerka (AD7) teknoloġija tal-komunikazzjoni/informazzjoni

    Jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha (ara t-titlu III), tista' tapplika kemm għall-kompetizzjoni AD6 kif ukoll għall-kompetizzjoni AD7 f'dominji differenti, iżda tista' tapplika għal qasam wieħed biss fl-istess dominju, inkella tiġi skwalifikat. Trid tagħmel l-għażla tiegħek meta tapplika onlajn u ma tkunx tista' tibdilha wara li tkun ikkonfermajt u bgħatt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek onlajn.

    II.   DMIRIJIET

    Id-dmirijiet dettaljati għal kull qasam jinsabu deskritti fl-Annessi

    L-Amministraturi tar-Riċerka (AD6) ser iwettqu d-dmirijiet rilevanti bħala membri ta' tim tar-riċerka taħt is-superviżjoni ta' xjenzat superjuri.

    L-Amministraturi tar-Riċerka (AD7) ser iwettqu d-dmirijiet rilevanti f'livell għoli, kemm individwalment kif ukoll bħala mexxejja ta' tim xjentifiku.

    III.   ELIĠIBBILTÀ

    trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:

    1.

    Kundizzjonijiet ġenerali

    a)

    Trid tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

    b)

    Għandek tkun tista' tgawdi mid-drittijiet sħaħ tiegħek bħala ċittadin

    c)

    Trid tkun issodisfajt kwalunkwe obbligu rilevanti ta' servizz militari.

    d)

    Trid tkun tissodisfa r-rekwiżiti b'rabta mal-karattru tiegħek meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet involuti.

    2.

    Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kompetizzjonijiet

    2.1

    Kwalifiki akkademiċi:

    Ara l-punt 2 tal-Annessi

    2.2

    Esperjenza professjonali:

    Ara l-punt 3 tal-Annessi

    2.3

    Għarfien ta' lingwi:

    Irid ikollok lingwa prinċipali (lingwa 1) u lingwa oħra (lingwa 2) kif speċifikat hawn isfel. Trid tindika l-lingwi li tagħżel fil-formola tar-reġistrazzjoni onlajn. Ma tkunx tista' tibdel l-għażliet tiegħek wara l-validazzjoni finali tal-applikazzjoni.

    (a)

    Lingwa 1

    Lingwa prinċipali:

    Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn:

    BG (Bulgaru)

    CS (Ċek)

    DA (Daniż)

    DE (Ġermaniż)

    EL (Grieg)

    EN (Ingliż)

    ES (Spanjol)

    ET (Estonjan)

    FI (Finlandiż)

    FR (Franċiż)

    GA (Irlandiż)

    HU (Ungeriż)

    IT (Taljan)

    LT (Litwan)

    LV (Latvjan)

    MT (Malti)

    NL (Olandiż)

    PL (Polakk)

    PT (Portugiż)

    RO (Rumen)

    SK (Slovakk)

    SL (Sloven)

    SV (Svediż)

    u

     

    (b)

    Lingwa 2

    It-tieni lingwa (trid tkun differenti mil-lingwa 1):

    Għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż.

    IV.   AMMISSJONI FIL-KOMPETIZZJONIJIET U STEDINA FIĊ-ĊENTRU TAL-EVALWAZZJONI

    1.   Ammissjoni fil-kompetizzjonijiet

    Se jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi abbażi tad-dikjarazzjonijiet ipprovduti fl-applikazzjoni onlajn, sabiex jiġu identifikati l-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ammissjoni fil-kompetizzjonijiet.

    2.   Stedina fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni: għażla abbażi tal-kwalifiki

    Sabiex jintgħażlu l-kandidati li ser jiġu mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni, il-bord tal-għażla ser jagħżel skont il-kwalifiki, wara li jkun stabbilixxa l-kriterji li bihom ser jevalwa l-kwalifiki. Din l-għażla ser issir abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati fl-applikazzjoni onlajn tagħhom. Il-bord tal-għażla ser jagħżel dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u li għandhom il-kwalifiki (speċjalment diplomi, pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari u esperjenza akkademika u/jew professjonali) li huma l-aktar rilevanti, f'termini ta' kwalità u livell, għat-tip ta' dmirijiet deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni (ara l-punt 4 tal-Annessi). Din l-għażla ser issir abbażi ta' skema ta' mmarkar stabbilita kif ġej:

    a)

    kull kriterju tal-għażla jiġi ppiżat minn 1 sa 3, skont kemm il-kriterju jitqies importanti mill-bord tal-għażla;

    b)

    il-bord tal-għażla jagħti marka minn 1 sa 4 lil kull kriterju, skont il-kwalifiki tal-kandidat.

    Wara jistabbilixxi klassifika (2) tal-kandidati skont dawn il-marki.

    L-għadd ta' kandidati mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni ma jistax ikun aktar mit-triplu (3) tal-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw kif indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u ser jiġi ppubblikat fil-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

    3.   Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati

    Wara s-sessjoni fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni u fid-dawl tar-riżultati ta' din is-sessjoni, id-dikjarazzjonijiet li jkunu taw il-kandidati fl-applikazzjoni onlajn tal-kandidatura tagħhom se jiġu vverifikati mill-EPSO skont il-kundizzjonijiet ġenerali kif ukoll mill-bord tal-għażla skont il-kundizzjonijiet speċifiċi u l-kriterji tal-għażla. Jekk jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet ma jkunux jaqblu mad-dokumenti ta' sostenn rilevanti, il-kandidati konċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.

    Il-verifika ssir, f'ordni ta' mertu mill-ogħla wieħed sal-anqas wieħed, għall-kandidati li jkunu ġabu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki aggregati fl-eżamijiet (d), (e) u (f) għall-kompetizzjoni AD6 u (d), (e), (f) u (g) għall-kompetizzjoni AD7 fis-sessjoni li ssir fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni (ara t-taqsima V). Il-kandidati jridu wkoll ikunu ġabu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-aptitudni (a), (b) u (c) (ara t-taqsima V). Din il-verifika tibqa' ssir sakemm jintlaħaq il-limitu ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà. Id-dokumenti ta' sostenn tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan il-limitu mhux ser jiġu vverifikati.

    V.   KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

    1.

    Stedina fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni

    Tiġi mistieden (4) fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni jekk tkun tagħmel parti mil-lista ta' kandidati li:

    skont id-dikjarazzjonijiet fl-applikazzjoni elettronika tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tal-ammissjoni tat-taqsima III.

    u

    ikunu ġabu l-aħjar marki fl-għażla tal-kwalifiki (ara l-punt 2 tat-taqsima IV).

    2.

    Ċentru tal-evalwazzjoni

    Tiġi mistieden tattendi f'ċentru tal-evalwazzjoni fi Brussell għall-eżamijiet.

    L-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet AD6 u AD7 huma l-istess minbarra eżami supplimentari fis-sottodominju tal-kompetizzjoni AD7. L-immarkar tal-eżamijiet tar-raġunament u tal-eżamijiet tal-kompetenzi ġenerali u speċifiċi jiġi adattat skont il-livell tal-kompetizzjoni.

    Ser tiġi evalwat fuq il-Ħiliet tar-raġunament tiegħek abbażi tal-elementi li ġejjin (ara l-punt 4 tal-gwida għall-kompetizzjonijiet miftuħa u l-eżempji fil-websajt tal-EPSO (http://europa.eu/epso/apply/index_mt.htm)):

    a)

    Raġunament verbali

    b)

    Raġunament numeriku

    c)

    Raġunament astratt

    Ser tkun ivvalutat ukoll fuq il-Kompetenzi speċifiċi fil-qasam li tkun għażilt kif ukoll fuq il-Kompetenzi ġenerali li ġejjin:

     

    Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

     

    Komunikazzjoni

     

    Prestazzjoni ta' kwalità kif ukoll ta' riżultati

     

    Tagħlim u żvilupp

     

    Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

     

    Reżiljenza

     

    Ħidma mal-oħrajn

     

    Tmexxija

    Dettalji dwar dawn il-kompetenzi jinsabu fil-punt 1.2 tal-gwida għall-kompetizzjonijiet miftuħa.

    Il-kompetenzi speċifiċi u ġenerali jiġu eżaminati permezz ta':

    d)

    Studju ta' każ bil-kitba fil-qasam magħżul

    e)

    Eżerċizzju fi grupp

    f)

    Intervista strutturata

    g)

    Għall-AD7 biss: eżami addizzjonali bil-kitba fil-qasam magħżul

    Lingwa tal-eżamijiet

    Eżamijiet a) sa f) u, jekk applikabbli eżami g): lingwa 2 (Ġermaniż, Ingliż jew Franċiż)

    Eżami d): Matul dan l-eżami ser jiġi eżaminat ukoll l-għarfien tiegħek tal-lingwa 1 tiegħek (il-lingwa prinċipali)

    Immarkar

    Ħiliet tar-raġunament

    a)

    Raġunament verbali: immarkat minn 0-20 punti

    b)

    Raġunament numeriku: immarkat minn 0-10 punti

    c)

    Raġunament astratt: immarkat minn 0-10 punti

    AD6:

    Il-marki biex tgħaddi mill-eżamijiet a), b) u c) flimkien huma 20 punt

    AD7:

    Il-marka biex tgħaddi mill-eżami a) hija 10 punti

    Il-marka biex tgħaddi mill-eżamijiet b) u c) flimkien hija 10 punti

    Trid iġġib il-marka li biha tgħaddi mill-eżamijiet a), b) u c) iżda dawn il-punti ma jingħaddux mar-riżultati tal-eżamijiet d), e), f) u jekk applikabbli, g).

    Kompetenzi speċifiċi

    Kemm għall-kompetizzjoni AD6 kif ukoll għal dik AD7, il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam magħżul, eżaminati f'd), e) u f) ser ikunu mmarkati b'punti minn 0 sa 100.

    Marka biex tgħaddi: 50 punt

    Għall-AD7 biss: il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam magħżul, eżaminati fl-eżami addizzjonali g) ser ikunu mmarkati b'punti minn 0 sa 30.

    Marka biex tgħaddi: 15-il punt

    Kompetenzi ġenerali

    Il-kompetenzi ġenerali totali tiegħek ser ikunu mmarkati b'punti minn 0 sa 80

    Marka biex tgħaddi:

    AD6:

    40 punt għat-total tat-8 kompetenzi ġenerali.

    AD7:

    3 punti għal kull kompetenza ġenerali u 40 punt għat-total tat-8 kompetenzi ġenerali.

    VI.   LISTI TA' RIŻERVA

    1.

    Kandidati li jiddaħħlu fil-lista ta' riżerva

    Il-bord tal-għażla ser jistabbilixxi lista ta' riżerva għal kull kompetizzjoni (lista waħda għall-AD6 u oħra għall-AD7) u jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva AD6 u/jew AD7 (5) jekk tkun wieħed/waħda mill-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-taqsima V u tkun ġibt tal-anqas il-marki minimi fl-eżamijiet kollha kif ukoll waħda mill-aħjar marki fl-eżamijiet (d), (e), u (f) għall-kompetizzjoni AD6 u (d), (e), (f) u (g) għall-kompetizzjoni AD7 (ara t-taqsima V). L-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw skont il-kompetizzjoni u skont is-sottodominju huwa limitat għal dak li jidher fit-taqsima I, mingħajr preġudizzju għal żieda eventwali tal-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw fil-lista ta' riżerva AD6, li jkun daqs l-għadd ta' kandidati li jikkwalifikaw imniżżla kemm fil-lista ta' riżerva AD6 kif ukoll f'dik AD7 tal-istess sottodominju.

    Il-listi ta' riżerva ser jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2012.

    2.

    Klassifikazzjoni

    Il-listi ta' riżerva ser ikunu stabbiliti skont grupp ta' mertu għal kull qasam. L-ismijiet tal-kandidati ser ikunu elenkati skont l-ordni alfabetika fi ħdan kull grupp ta' mertu.

    3.

    Post tal-ħatra

    Il-kandidati li jitniżżlu fil-lista/i ta' riżerva ser ikunu eliġibbli għal ħatra bħala Amministraturi tar-Riċerka mal-Kummissjoni Ewropea, l-aktar fis-siti tal-JRC, kif spjegat fit-taqsima I.

    Minħabba li s-siti tal-JRC mhumiex ċentralizzati iżda mxerrda madwar l-Ewropa (Ispra, Sivilja, Karlsruhe, Petten, Geel, Brussell), il-JRC huwa impenjat li jgħin lill-uffiċjali l-ġodda jintegraw aħjar professjonalment kif ukoll li jgħin lin-nisa/irġiel u l-familji tagħhom biex jintegraw aħjar fl-ambjent soċjali ġdid tagħhom.

    VII.   KIF TAPPLIKA

    1.

    Applikazzjoni onlajn

    Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO.

    Data ta' għeluq: l-4 ta' Novembru 2010 sa 12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

    2.

    Sottomissjoni tal-fajls tal-applikazzjoni

    Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni, se tiġi mitlub tissottometti fajl komplut tal-applikazzjoni (formola tal-applikazzjoni onlajn iffirmata u dokumenti ta' sostenn).

    Data tal-għeluq: Id-data tal-għeluq se tkun ikkomunikata permezz tal-kont EPSO tiegħek.

    Proċedura: Ara l-punt 2.2 tal-gwida għall-kompetizzjonijiet miftuħa.


    (1)  F'dan l-avviż kwalunkwe referenza għal persuna tas-sess maskil trid titqies ukoll li tagħmel referenza għal persuna tas-sess femminil.

    (2)  Il-kandidati li ma jiġux mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni jkunu jistgħu jiksbu, fuq domanda fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju wara li jitħabbru r-riżultati, kopja tal-formola tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki tagħhom mill-bord tal-għażla.

    (3)  Mingħajr preġudizzju għal żieda eventwali tal-għadd ta' kandidati mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni għall-kompetizzjoni AD6 li jkun daqs l-għadd ta' kandidati mistiedna għaż-żewġ kompetizzjonijiet AD6 u AD7 tal-istess sottodominju.

    (4)  Fil-każ li fl-aħħar post ikun hemm aktar minn kandidat wieħed li ġabu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jiġu mistiedna fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni.

    (5)  Fil-każ li fl-aħħar post ikun hemm aktar minn kandidat wieħed li jġib l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.


    ANNESS I

    Qasam 1: Studjużi tal-Kimika u Bijoloġisti Ambjentali

    1.   Dmirijiet (ara t-taqsima II tal-avviż tal-kompetizzjoni)

    Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar:

    analiżi u evalwazzjoni ta' riżultati ta' esperimenti

    preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet

    preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat

    xogħol fil-laboratorju

    2.   Kwalifiki akkademiċi:

    Diploma fil-kimika, il-bijoloġija, jew grad universitarju ieħor korrispondenti fil-livell li ġej:

    AD6 Amministraturi tar-Riċerka:

    (i)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma.

    AD7 Amministraturi tar-Riċerka:

    (ii)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar,

    jew

    (iii)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-anqas tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul.

    3.   Esperjenza professjonali

    AD6:

    esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

    AD7:

    esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

    4.   Għażla abbażi tal-kwalifiki (ara l-punt 2, it-taqsima IV tal-avviż tal-kompetizzjoni)

    Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:

    a.

    Diploma addizzjonali fil-qasam

    b.

    Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari

    c.

    Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:

    analiżi kimika analitika fil-qasam tad-destin ambjentali u l-valutazzjoni tal-esponiment ta' pollutanti antropoġeniċi

    żvilupp ta' strateġiji ta' teħid ta' kampjuni, teknoloġiji ta' skrinjar u aspetti ta' bijodisponibbiltà

    żvilupp ta' metodi molekulari sabiex jiġu indirizzati l-effetti ta' aġenti li jikkawżaw stress ambjentali fuq organiżmi akkwatiċi fil-livelli ċellulari u molekulari

    kejl analitiku strumentali fil-mikrokimika organika jew inorganika, flimkien mal-applikazzjoni ta' approċċi kemjometriċi għall-investigazzjoni ta' pollutanti organiċi jew inorganiċi

    użu ta' tekniki molekulari (eż. klonjar, kulturi ta' ċelloli) u tekniki ġenomiċi (mikrosekwenza ta' DNA, disinn ta' primers, tikkettar tal-RNA, PCR f'ħin reali)

    applikazzjoni ta' metodi tal-istatistika u għodod analitiċi għall-ipproċessar u l-ġestjoni tad-dejta

    żvilupp ta' kunċetti għall-kwalità rappreżentattiva spazjali u temporali tagħhom kif ukoll l-applikazzjoni prattika tagħhom


    ANNESS II

    Qasam 2: Mudellaturi Ambjentali

    1.   Dmirijiet (ara t-taqsima II tal-avviż tal-kompetizzjoni)

    Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar:

    preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet

    preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat

    żvilupp ta' indikaturi

    valutazzjoni tal-impatt

    2.   Kwalifiki akkademiċi:

    Diploma f'dixxiplina ambjentali (bħal ngħidu aħna forestrija, ekoloġija, idroloġija, trasport, agrikoltura, kimika atmosferika, xjenza tal-baħar) jew grad universitarju ieħor korrispondenti fil-livell li ġej:

    AD6 Amministraturi tar-Riċerka:

    (i)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma.

    AD7 Amministraturi tar-Riċerka:

    (ii)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar,

    jew

    (iii)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-anqas tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul.

    3.   Esperjenza professjonali

    AD6:

    esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

    AD7:

    esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

    4.   Għażla abbażi tal-kwalifiki (ara l-punt 2, it-taqsima IV tal-avviż tal-kompetizzjoni)

    Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:

    a.

    Diploma addizzjonali fil-qasam

    b.

    Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari

    c.

    Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:

    mudellar ta' pollutanti tal-ajru u emissjonijiet ta' gassijiet serra relatati mat-trasport, il-produzzjoni tal-enerġija, l-agrikoltura u setturi oħrajn (lokali, reġjonali u globali)

    mudellar u analiżi tat-trasport ta' dejta tat-traffiku

    mudellar idroloġiku, meteoroloġiku u klimatoloġiku relatat ma' għargħar u nixfiet għall-previżjonijiet u l-iżvilupp ta' xenarji

    mudellar ta' riżorsi tal-foresti skont xenarji klimatiċi futuri u jew impatti minn nirien u dsiturbi oħra

    mudellar ta' ekosistemi għall-irbit ta' ekosistemi akkwatiċi u terrestri għall-ġestjoni ta' riżorsi, inklużi xenarji ta' disturbi u xenarji futuri

    mudellar u valutazzjoni tal-istat attwali tax-xmajjar u tal-ibħra Ewropej, u l-oċean globali

    żvilupp u applikazzjoni ta' mudelli, bħal ngħidu aħna mudelli atmosferiċi jew klimatiċi, mudelli tal-kwalità tal-arja, mudelli tal-ġestjoni tal-art, mudelli tat-trasport, mudelli idroloġiċi u ta' ekosistemi

    kontroċċekkjar ta' riżultati ta' mudelli ma' studji ta' każijiet reali

    kostruzzjoni u ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta/inventarji kbar (reġjonali,globali)

    kollaborazzjoni mal-mudellaturi ekonomiċi sabiex jitwettqu valutazzjonijiet ambjentali integrati


    ANNESS III

    Qasam 3: Valutazzjoni tar-Riskji Ambjentali

    1.   Dmirijiet (ara t-taqsima II tal-avviż tal-kompetizzjoni)

    Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar:

    preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet

    preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat

    żvilupp ta' indikaturi

    valutazzjoni tal-impatt

    2.   Kwalifiki akkademiċi:

    Diploma fil-ġeografija, inġinerija/ġestjoni ambjentali, xjenzi tal-art, ekonomija applikata, jew grad universitarju ieħor korrispondenti fil-livell li ġej:

    AD6 Amministraturi tar-Riċerka:

    (i)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma.

    AD7 Amministraturi tar-Riċerka:

    (ii)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar,

    jew

    (iii)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-anqas tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul.

    3.   Esperjenza professjonali

    AD6:

    esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

    AD7:

    esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

    4.   Għażla abbażi tal-kwalifiki (ara l-punt 2, it-taqsima IV tal-avviż tal-kompetizzjoni)

    Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:

    a.

    Diploma addizzjonali fil-qasam

    b.

    Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari

    c.

    Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:

    approċċi ta' deċiżjonijiet abbażi ta' riskji u valutazzjoni ta' riskji ekoloġiċi f'kuntesti regolatorji differenti

    integrazzjoni ta' interessi naturali u soċjoekonomiċi f'setturi tematiċi bħal ngħidu aħna l-użu tal-art, it-tibdil fil-klima, l-idroloġija, il-meteoroloġija u l-makroekonomija

    valutazzjoni ta' vulnerabbiltajiet ambjentali/soċjo/ekonomiċi u riskji minn perikli naturali u d-definizzjoni ta' strateġiji ta' tnaqqis ta' riskji (jew adattament)

    definizzjoni ta' valuri ta' limitu ambjentali ġenerali fi skali spazjali varji, minn dawk Ewropej għal dawk reġjonali u lokali

    applikazzjoni ta' approċċi ta' deċiżjonijonijiet abbażi ta' riskji u metodi ta' valutazzjoni ta' riskji relatati mal-ambjent

    applikazzjoni ta' metodoloġiji ta' analiżi ta' deċiżjonijiet abbażi ta' kriterji multipli, indiċijiet ta' inċertezza u mudellar kwantitattiv

    applikazzjoni ta' tekniki ta' mudellar soċjoekonomiku fi skali varji


    ANNESS IV

    Qasam 4: Xjenzati tar-Riżorsi tan-Natura

    1.   Dmirijiet (ara t-taqsima II tal-avviż tal-kompetizzjoni)

    Id-dmirijiet ser ikunu jinvolvu l-aktar:

    preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet

    preżentazzjoni ta' riżultati waqt konferenzi, seminars u laqgħat

    żvilupp ta' indikaturi

    valutazzjoni tal-impatt

    xogħol fil-laboratorju

    2.   Kwalifiki akkademiċi:

    Diploma fil-forestrija, l-ekoloġija, l-idroloġija, ix-xjenza tal-ħamrija, l-agrikoltura jew grad universitarju korrispondenti fil-livell li ġej:

    AD6 Amministraturi tar-Riċerka:

    (i)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin u ċċertifikati b'diploma.

    AD7 Amministraturi tar-Riċerka:

    (ii)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar,

    jew

    (iii)

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-anqas tliet snin u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena fil-qasam magħżul.

    3.   Esperjenza professjonali

    AD6:

    esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (i) ta' mill-anqas tliet snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

    AD7:

    esperjenza professjonali miksuba wara l-ewwel kwalifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (ii) u 2. (iii) ta' mill-anqas sitt snin hija meħtieġa fil-qasam magħżul. Dawn is-sitt snin ta' esperjenza professjonali jridu jkunu b'żieda mas-sena speċifika meħtieġa kif imsemmi fil-punt 2. (iii). Studji fil-livell ta' dottorat jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta' tliet snin.

    4.   Għażla abbażi tal-kwalifiki (ara l-punt 2, it-taqsima IV tal-avviż tal-kompetizzjoni)

    Waħda jew iżjed minn dawn l-esperjenzi, għarfien u ħiliet ikunu ta' vantaġġ:

    a.

    Diploma addizzjonali fil-qasam

    b.

    Pubblikazzjonijiet f'ġurnali analizzati minn pari

    c.

    Esperjenza akkademika u/jew professjonali fl-oqsma li ġejjin:

    analiżi ta' riżorsi tal-foresti u identifikazzjoni u monitoraġġ ta' disturbi fil-foresti jew disturbi ekoloġiċi, minħabba nirien, deforestazzjoni, diżastri naturali jew tibdil fil-klima

    valutazzjoni tal-impatt ta' prattiki tal-biedja fuq l-ambjent u analiżi tar-relazzjonijiet bejn l-agrikoltura, l-ambjent u impatti fuq xenarji ta' tibdil fil-klima

    tekniki avvanzati ta' kartografija diġitali tal-ħamrija u analiżi ġeostatistika ta' dejta tal-ħamrija, inkluża l-klassifikazzjoni tal-ħamrija

    analiżi ta' allokazzjoni tal-ilma fil-kuntest ta' għanijiet multipli (l-industrija, l-agrikoltura, l-ekosistemi, il-konsum mill-bniedem)

    analiżi ta' mogħdijiet u trasformazzjonijiet li jikkontrollaw il-forniment tal-ilma (u sustanzi maħlula u pollutanti assoċjati)

    żvilupp u ttestjar ta' bijoindikaturi akkwatiċi u metriċi għall-valutazzjoni tal-istat ekoloġiku tal-ilmijiet kostali, tranżizzjonali u tal-wiċċ, bil-għan li jkun hemm kontribuzzjoni għall-valutazzjoni tal-bijodiversità

    ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta, sistemi ta' informazzjoni u mudelli tat-tibdil fil-klima, l-enerġija, il-bijodiversita u t-trasport

    telerilevament u għodod tal-GIS

    kejl ambjentali fil-laboratorju


    Top