EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/238/04

Sejħa għal Proposti – EACEA/31/10 – Media 2007: festivals awdjoviżivi

ĠU C 238, 3.9.2010, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/8


SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA/31/10

Media 2007: festivals awdjoviżivi

2010/C 238/04

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

L-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija aktar ’il fuq jinkludu:

faċilitar u inkoraġġament tal-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħol awdioviżiv u ċinematografiku Ewropew f’wirjiet, fieri u festivals awdioviżivi ġol-Ewropa u madwar id-dinja, ladarba dawn l-avvenimenti jafu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej u fil-ħolqien ta’ netwerks ta’ professjonisti;

it-titjib tal-aċċess tal-pubbliku Ewropew u internazzjonali għax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lejn kumpanniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' hawn fuq. L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi: is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Organizzazzjonijiet bħal dawn għandhom jorganizzaw festivals awdjoviżivi li jikkontribwixxu lejn l-għanijiet imsemmija u li fir-rigward tal-programmazzjoni globali juru minimu ta 70 % ta' films Ewropej minn tal-inqas 10 Stati li jipparteċipaw fil-Programm MEDIA.

Il-Proġetti jridu jibdew bejn l-1 ta’ Mejju 2011 u t-30 ta’ April 2012.

4.   Kriterji tal-Aġġudikazzjoni

Ser jiġu allokati l-punti minn total ta’ 100 abbażi tal-weighting li ġej:

Id-dimensjoni Ewropea tal-ipprogrammar (15 punt)

Id-diversità kulturali u ġeografika tal-ipprogrammar (20 punt)

Il-kwalità u n-natura innovattiva tal-ipprogrammar (10 punt)

L-impatt fuq l-udjenza (30 punt)

L-impatt fuq il-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (15 punt)

Il-parteċipazzjoni tal-professjonisti tal-films (10 punt)

5.   Baġit

Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa ta’ EUR 1 600 000 (Fuq il-kundizzjoni li jiġi adottat il-baġit tal-2011).

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli. Il-massimu għall-għotjiet huwa ta' EUR 75 000.

L-Aġenzija żżomm il-possibbiltà li ma tattribwix il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

Dati tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-proposti:

2 ta' Novembru 2010: għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Mejju 2011 u l-31 ta' Ottubru 2011

30 ta' April 2011: għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Novembru 2011 u t-30 ta' April 2012

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) fl-indirizz li ġej:

Agence exécutive Éducation, audiovisuel et culture (EACEA)

Unité programme MEDIA — P8

Appel à Propositions — EACEA/31/10 — Festivals audiovisuels

M. Constantin DASKALAKIS

BOUR 04/55

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew email mhux ser jiġu milqugħa

7.   Aktar tagħrif

Istruzzjonijiet/formoli tal-applikazzjoni għas-sejħa: http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti. Il-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli huma dawk ippubblikati fuq is-sit: http://eacea.ec.europa.eu/about/eacea_documents_register_en.php


Top