Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/222/05

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5867 – Thomas Cook/Öger Tours) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 222, 17.8.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/7


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5867 – Thomas Cook/Öger Tours)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 222/05

    1.

    Fl-10 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Thomas Cook AG (“TC”, il-Ġermanja), taħt il-kontroll tal-Thomas Cook Group plc, akkwistat, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża Öger Tours GmbH (“Öger Tours”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal TC: Vaganzi kollox inkluż u vaganzi indipendenti, titjiriet, akkomodazzjoni f'lukanda u servizzi ta' aġenzija tal-ivvjaġġar,

    għal Öger Tours: Il-vaganzi kollox inkluż.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5867 – Thomas Cook/Öger Tours, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top