EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/168/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5924 – Trident/Hellman & Friedman/Sedgwick) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 168, 26.6.2010, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5924 – Trident/Hellman & Friedman/Sedgwick)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 168/07

1.

Fit-18 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Hellman & Friedman Capital Partners VI, L.P. (“HFCP VI”, ir-Renju Unit), waħda mill-fondi ta' investiment privati kkontrollata minn Hellman & Friedman LLC (dawn il-fondi, kollettivament ma' Hellman & Friedman LLC, “H&F”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Trident IV, L.P. (“Trident IV”, l-Istati Uniti tal-Amerika), waħda mill-fondi ta' investiment privati kkontrollata minn Stone Point Capital LLC (dawn il-fondi, kollettivament ma' Stone Point Capital LLC, “Trident”, l-Istati Uniti tal-Amerika), fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, jakkwistaw kontroll konġunt ta' Sedgwick, Inc., inkluż il-kumpaniji varji li din tikkontrolla b'mod dirett jew indirett (“Sedgwick”, l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz ta' tmexxija jew kwalunkwe mezzi oħrajn.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

H&F: fond ta' investiment privat investiment ta' kapital fit-tul f'negozji fi swieq li qed jikbru,

Trident: fond ta' investiment privat, investiment fl-industriji tal-assigurazzjoni, tal-benefiċċji tal-impjegati u tas-servizzi finanzjarji,

Sedgwick: topera fil-qasam ta' servizzi ta' amministrazzjoni terzi primarjament fis-swieq ta' kumpens tal-ħaddiema, diżabilità, responsabbiltà u swieq oħra relatati, fl-Istati Uniti u l-Kanada biss.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5924 – Trident/Hellman & Friedman/Sedgwick, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top