Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/140/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5870 – Foxconn/Sony LCD TV Manufacturing Company in Slovakia) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 140, 29.5.2010, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 140/33


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5870 – Foxconn/Sony LCD TV Manufacturing Company in Slovakia)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 140/10

    1.

    Fil-21 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża Hon Hai Precision Industry Co., Ltd (“Hon Hai group”, it-Tajwan), il-kumpanija ewlenija ta' Foxconn group (“Foxconn”, it-Tajwan), takkwista l-kontroll sħiħ ta' Sony Slovakia spol. s r.o. (is-“Slovakian Target”, is-Slovakkja) permezz ta' xiri ta' ishma. Fl-1 ta’ Jannar 2010, qabel ma ntlaħaq ftehim dwar l-akkwist tas-Slovakian Target, Foxconn kienet akkwistat il-kontroll sħiħ ta' Sony Baja California, S.A. de C.V (il-“Mexican Target”, il-Messiku) permezz ta' xiri ta' ishma u ta' assi.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għall-grupp Hon Hai u għal Foxconn: provvista ta' servizzi ta' manifattura elettronika lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali,

    għas-Slovakian Target u l-Mexican Target: provvista ta' produzzjoni u ta' immuntar ta' televiżjonijiet LCD.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5870 – Foxconn/Sony LCD TV Manufacturing Company in Slovakia, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top