Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/137/11

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 137, 27.5.2010, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/26


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2010/C 137/11

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' 2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti tal-euro bil-ħsieb li tinforma lill-partijiet kollha kkonċernati mitluba li jużaw il-muniti f’xogħolhom kif ukoll biex tinforma lill-pubbliku inġenerali (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ tal-muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jiġu rispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li dawn ikunu biss muniti ta' 2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv simboliku qawwi fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: il-100 sena mindu l-Portugall sar Repubblika

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-munita, fiċ-ċentru għandha l-istemma Portugiża u l-effiġja “República”, tnejn mill-aktar simboli rappreżentattivi tar-Repubblika Portugiża, u madwarha l-iskrizzjoni “República Portuguesa – 1910-2010”, il-marka taz-zekka “INCM” u isem l-awtur “JOSE CÂNDIDO”.

Fuq iċ-ċirku ta’ barra tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-volum ta' muniti li se jinħarġu:

Id-data tal-ħruġ: Settembru 2010.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52).


Top