Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/133/12

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5844 – JP Morgan/RBS Sempra) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 133, 22.5.2010, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 133/24


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5844 – JP Morgan/RBS Sempra)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 133/12

    1.

    Fl-10 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża JP Morgan Chase & Co. (l-Istati Uniti) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll ta’ partijiet mill-impriża RBS Sempra Commodities LLP (l-Istati Uniti) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    JP Morgan Chase & Co.: fornitur ta' servizzi finanzjarji li hu involut, fost affarijiet oħrajn, fil-provvista ta' servizzi relatati mal-kummerċ finanzjarju ta' merkanzija,

    RBS Sempra Commodities LLP: in-negozju u l-ishma akkwistati huma involuti f'kummerċ ta' merkanzija u f'operazzjonijiet assoċjati relatati ma' żejt, metalli, faħam, u drittijiet tal-emissjonijiet, fost l-oħrajn. Il-qasam tan-negozju relatat mal-kummerċ tal-gass naturali u tal-enerġija, kif ukoll dak relatat mas-solutions tal-Amerika ta' Fuq huma esklużi mit-tranżazzjoni proposta.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5844 – JP Morgan/RBS Sempra, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top