EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/108/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5658 – Unilever/Sara Lee Body Care) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 108, 28.4.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5658 – Unilever/Sara Lee Body Care)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 108/06

1.

Fil-21 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Unilever N.V., l-Olanda, u Unilever Plc, ir-Renju Unit, (flimkien “Unilever”) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Sara Lee Household and Body Care International (“Sara Lee Body Care”, l-Olanda), li hija proprjetà ta' Sara Lee Corporation (“Sara Lee”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' offerta irrevokabbli li torbot, imħabbra fil-25 ta’ Settembru 2009, u miftiehma minn Sara Lee li taċċetta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Unilever hija manifattur multinazzjonali ta' prodotti tal-konsumatur imfittxija ħafna fis-suq. In-negozju prinċipali tagħha huwa fil-kategoriji tal-ikel, tal-kura tad-dar u tal-kura personali,

Sara Lee Body Care hija attiva fis-swieq tal-kura personali u l-kura tal-ħasil tal-ħwejjeġ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5658 – Unilever/Sara Lee Body Care, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top