This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2010/095A/01
Vacancy for a Director (Grade AD 14) of the Galileo Supervisory Authority — COM/2010/10209
Post vakanti għal Direttur (Grad AD 14) tal-Awtorità għas-Superviżjoni tal-Galileo — COM/2010/10209
Post vakanti għal Direttur (Grad AD 14) tal-Awtorità għas-Superviżjoni tal-Galileo — COM/2010/10209
ĠU C 95A, 15.4.2010, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 95/1 |
Post vakanti għal Direttur (Grad AD 14) tal-Awtorità għas-Superviżjoni tal-Galileo
COM/2010/10209
(2010/C 95 A/01)
Min aħna
L-Awtorità għas-Superviżjoni tal-Galileo (ASG) ilha topera mill-2005 u hija Aġenzija regolatorja tal-Unjoni Ewropea. Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew (1), il-missjoni attwali tagħha hija li tassisti fl-implimentazzjoni ulterjuri tal-Programmmi Ewropej GNSS, magħmulin minn Galileo u l-European Geo-stationary Navigation Overlay System (EGNOS).
B'mod aktar preċiż, l-Aġenzija, taħt il-gwida tal-Kummissjoni Ewropea, għandha l-missjonijiet li ġejjin:
— |
li tiżgura l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi u l-operazzjoni taċ-ċentru tas-sigurtà Galileo. Għal dan il-fini hija tibda u tissorvelja l-implimentazzjoni ta' proċeduri għas-sigurtà u twettaq verifiki fuq is-sistema tas-sigurtà; |
— |
tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi, li tinkludi l-analiżi neċessarja tas-suq, u twaqqaf il-pedamenti għas-sostenibbiltà ekonomika rispettiva u timmira biex jitkattru l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u pubbliċi; |
— |
twettaq xogħlijiet oħra li ġew fdati lilha mill-Kummissjoni, bħall-promozzjoni ta' applikazzjonijiet u servizzi, li tiżgura li l-komponenti tas-sistema huma approvati mill-korpi għall-approvazzjoni awtorizzati rilevanti u timmaniġġja l-programmi ta' Riċerka u Żvilupp fir-rigward in-navigazzjoni tas-satelliti. |
Il-Missjonijiet tal-Aġenzija jistgħu jkunu soġġetti għal żvilupp ulterjuri, li jiddependi fuq deċiżjonijiet futuri tal-Unjoni Ewropea dwar il-fażi ta' sfruttament Galileo u EGNOS. L-Aġenzija, li tinsab temporanjament fi Brussell, tista' fil-ġejjieni tiġi bbażata fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Attwalment timpjiega 35 impjegat, li huma soġġetti għar-regoli li japplikaw għall-uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Komunitajiet. Il-baġit tal-Aġenzija għall-2010 jammonta għal madwar EUR 10 miljun fis-sena u l-baġit operattiv tagħha huwa madwar EUR 40 miljun.
Qegħdin nipproponu li
Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija se jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija u se jkun responsabbli għat-tmexxija ta' kuljum tagħha, b'konformità mal-linjigwida tal-Kummissjoni. Hu/hi se jkun/tkun responsabbli għat-tmexxija u l-ġestjoni tal-persunal tal-Aġenzija.
Ir-responsabilitajiet tad-Direttur se jinkludu:
— |
Li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-partijiet interessati, kif meħtieġ. |
— |
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet strateġiċi tal-Aġenzija b'konformità mal-missjoni tagħha. |
— |
Ir-reklutaġġ u l-evalwazzjoni tal-persunal tal-Aġenzija filwaqt li jitrawwmu spirtu ta' tim u ambjent tax-xogħol tajbin. |
— |
Li jiddefinixxi l-istruttura tal-organizzazzjoni tal-Aġenzija u jissottomettiha lill-bord għal approvazzjoni. Dan jinkludi struttura permanenti adattata għall-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet relatati mas-sigurtà u kuntatti operattivi neċessarji relatati mas-sigurtà. |
— |
L-organizzazzjoni ta' u l-parteċipazzjoni, mingħajr id-dritt tal-vot, f'laqgħat tal-Bord Amministrattiv u l-provvediment tas-segretarjat tiegħu. |
— |
It-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-Aġenzija, b'konformità sħiħa maċ-ċiklu baġitarju tal-Komunitajiet u r-regoli u l-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju. |
— |
Proposta dwar programm tax-xogħol annwali u l-implimentazzjoni tiegħu. |
— |
Li jiżgura l-użu l-aktar effettiv tar-riżorsi finazjarji u umani tal-Aġenzija. |
— |
It-tħejjija ta' rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew. |
X'qegħdin infittxu
Il-kandidati għandhom ikollhom:
a) |
Għarfien tekniku:
|
b) |
Kompetenzi ta' Ġestjoni:
|
c) |
Ħiliet ta' komunikazzjoni:
|
L-applikanti għandhom
L-applikanti se jiġu kkunsidrati għall-fażi ta' selezzjoni fuq il-bażi tal-kriterji formali li ġejjin li jridu jiġu sodisfatti qabel id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:
— |
: Ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; |
— |
: Ikollhomm livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji konklużi u ċċertifikati b'diploma meta l-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja huwa erba' snin jew aktar, jew (ii) ikollhom livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji konklużi u ċċertifikati b'diploma u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena meta l-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun tal-inqas tliet snin (din is-sena ta' esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali post gradwatorja meħtieġa hawn taħt); |
— |
: Ikollhom minn tal-inqas 15-il sena esperjenza post-gradwatorja wara l-kisba tal-kwalifiki imsemmija hawn fuq; |
— |
: Ikollhom minn tal-inqas 5 snin esperjenza professjonali akkwistata fil-qasam tal-programmi spazjali; |
— |
: Ikollhom minn tal-inqas 5 snin esperjenza professjonali miksuba f'kariga għolja ta' ġestjoni; |
— |
: Ikollhom għarfien eċċellenti ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra; |
— |
: Ikunu jistgħu jkomplu bil-mandat sħih ta' ħames snin qabel ma joħorġu bil-pensjoni. Fir-rigward ta' persunal temporanju tal-Komunitajiet Ewropej, l-età tal-irtirar hija definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq 65 sena. |
L-indipendenza u d-dikjarazzjoni ta' interessi
Id-Direttur ikun mitlub jagħmel dikjarazzjoni ta' impenn li se jaġixxi b'mod indipendenti fl-interess tal-pubbliku u dikjarazzjoni fir-rigward ta' kull tip ta' interess li jista' jitqies li jippreġudika l-independenza tiegħu/ha. L-applikanti jridu jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu hekk fl-applikazzjoni tagħhom.
Għażla u ħatra
Se jiġi stabbilit kumitat ta' preselezzjoni għall-proċedura tal-għażla. Dan il-kumitat se jistieden lil dawk l-applikanti li għandhom l-aħjar profil għall-bżonnijiet speċifiċi ta' din il-pożizzjoni għal intervista, magħżula fuq il-bażi tal-merti tagħhom rilevanti għall-post skont il-kriterji stabbiliti hawn fuq. Il-kandidati li jintagħżlu mill-bord ta' preselezzjoni jissejħu biex jattendu intervista mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet tal-Kummissjoni (CCA) u jkollhom jagħmlu għall-eżaminazzjoni minn ċentru ta' evalwazzjoni li ser jitmexxa minn konsulenti esterni tar-reklutaġġ. Il-kandidati li jintagħżlu mis-CCA mbagħad se jkollhom intervista mill-Kummissarju responsabbli.
Wara dawn l-intervisti, il-Kummissjoni tadotta lista qasira ta' tliet kandidati magħżula, li se tiġi kkomunikata lill-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija. Dan tal-aħħar se jintervista lill-kandidati magħżula u jaħtar id-Direttur minn fosthom. L-inklużjoni fil-lista qasira mhix garanzija tal-ħatra. Il-kandidati jistgħu jkunu mitluba biex jagħmlu iktar intervisti u/jew eżamijiet addizzjonali ma' dawk indikati hawn fuq.
Opportunitajiet indaqs
L-Aġenzija regolatorja tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u mingħajr diskriminazzjoni b'konformità mal-Artikolu 1(d) tar-Regolamenti tal-Persunal (2).
Il-Kundizzjonijiet tal-impjieg
Id-Direttur se jkun maħtur bħala aġent temporanju fil-grad AD14 skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (3) għal perjodu ta' ħames snin, li jistgħu jiġu estiżi darba (4), kif stipulat fir-Regolament tal-IET (5). Il-post tal-impjieg huwa Brussell, fejn hi bbażata l-Aġenzija b'mod temporanju.
Proċedura tal-applikazzjoni
Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-kandidati għandhom jippreżentaw:
1. |
ittra ta' motivazzjoni fuq paġna unika, preferibbilment stampata, li fiha l-kandidat għandu jispjega għaliex huwa interessat fil-kariga u x'se jkun il-valur miżjud kieku jintagħżel/tintagħżel; |
2. |
Curriculum Vitae (CV) b'format liberu. Is-CV għandu jirriferi b'mod imperattiv għal rekwiżiti tax-xogħol elenkati fl-avviż tax-xogħol preżenti u għandu jispjega kif, fil-fehma tal-kandidat, hu/hi jissodisfa/tissodisfa minn tal-inqas ħila u kompetenza msemmija fih . L-applikazzjonijiet mhux kompluti se jiġu rifjutati. |
Id-dokumenti ta' prova (eż. kopji ċċertifikati ta' lawrji/diplomi, referenzi, provi tal-esperjenza, eċċ.) m'għandhomx jintbagħtu għalissa imma fi stadju ulterjuri tal-proċedura jekk mitluba.
Sabiex il-proċess tal-għażla jiġi ffaċilitat, il-korrispondenza kollha mal-kandidati marbuta ma' din il-pożizzjoni se tkun bl-Ingliż.
L-applikazzjonijiet, preferibbilment bl-Ingliż, għandhom jintbagħtu bl-e-mail lil:
ENTR-VACANCY-GSA@ec.europa.eu
L-applikanti li ma jistgħux jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-posta elettronika jistgħu jibagħtuhom permezz ta' posta reġistrata jew permezz ta' servizz ta' kurrier express lil:
European Commission |
Directorate-General for Enterprise and Industry |
COM/2010/10209 — Post of Executive Director GSA |
Unit ENTR.R.2 “Human Resources” |
Avenue du Bourget 1 |
1140 Evere |
BELGIUM |
L-applikanti huma mitluba li jirrappurtaw kull bdil potenzjali tal-indirizz bil-miktub u mingħajr dewmien fl-indirizz ta' hawn fuq.
Il-persuna ta' kuntatt għal informazzjoni addizzjonali:
Mr P. Verhoef, Programme Manager, EU Satellite Navigation Programmes |
European Commission, |
Tel: +32 2.295 10 67 jew E-mail: Paul.Verhoef@ec.europa.eu. |
Data tal-għeluq
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu jew bil-posta elettronika jew bil-posta rreġistrata sa mhux aktar tard mill-21 ta' Mejju 2010 (id-data tal-posta elettronika jew id-data tat-timbru postali għall-posta reġistrata).
L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bis-servizz tal-kurrier ekspress iridu jkunu kkonsenjati fl-istess ġurnata lill-indirizz imniżżel hawn fuq qabel il-17:00 (ħin ta' Brussell).
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ttawwal id-data tal-għeluq ta' dan il-post vakanti permezz ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss.
Informazzjoni importanti għall-applikanti
L-applikanti huma mfakkra li x-xogħol tal-kumitati tal-għażla huwa kunfidenzjali. Kull kuntatt dirett jew indirett mill-kandidati jew minn xi ħadd ieħor li jaġixxi f'isimhom mal-kumitat ta' selezzjoni huwa pprojbit.
Il-protezzjoni tad-dejta personali
Il-Kummissjoni u l-Aġenzija se jiżguraw li d-dejta personali tal-kandidati se tkun proċessata kif meħtieġ mir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (6). L-istqarrija dwar kunfidenzjalità tista' tinqara fil-konnessjoni tal-internet.
http://ec.europa.eu/dgs/human-resources/privacystatement_agencies_en.htm
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar aktar implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni satellitari (EGNOS u Galileo) (ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1).
(2) ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1; http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm
(3) ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1 — http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm
(4) Id-dewmien tal-perjodu fil-kariga jista jkun modifikat skont l-adozzjoni mill-leġiżlatur tal-Proposta tal-Kummissjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004, li attwalment qiegħed taħt diskussjoni (COM(2009) 139 finali, adottat fl-24.3.2009).
(5) ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.
(6) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).