Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/275/12

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5629 – Normeston/MOL/MET JV) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 275, 14.11.2009, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 275/34


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5629 – Normeston/MOL/MET JV)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 275/12

    1.

    Fid-9 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Normeston Trading Limited (“Normeston”, il-Beliże) u MOL Hungarian Oil and Gas Public Limited Company (“MOL”, l-Ungerija) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta’ MOL Energy Trade Ltd. (“MET”, l-Ungerija) permezz ta’ bejgħ u xiri ta'ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Normeston: kumpanija privata attiva fil-kummerċ taż-żejt mhux raffinat u nafta 0,2,

    għal MOL: kumpanija tal-enerġija vertikalment integrata,

    għal MET: attwalment sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi tal-MOL, attiva fil-bejgħ u fil-kummerċ tal-gass naturali, principalment fl-Ungerija.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5629 – Normeston/MOL/MET JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top