This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/253/12
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5645 — CPI CEE/Gazit Midas/Atrium European Real Estate) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5645 – CPI CEE/Gazit Midas/Atrium European Real Estate) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5645 – CPI CEE/Gazit Midas/Atrium European Real Estate) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 253, 23.10.2009, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/26 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5645 – CPI CEE/Gazit Midas/Atrium European Real Estate)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 253/12
1. |
Fis-16 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) (Ir-Regolament tal-Għaqdiet tal-KE) li permezz tagħha l-impriżi CPI CEE Management LLC (“CPI CEE”, l-Istati Uniti) u Gazit Midas (“Gazit”, Jersey), jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet tal-KE, il-kontroll konġunt tal-imprisa Atrium European Real Estate Limited (“Atrium”, Jersey) permezz tal-konverżjoni tal-bonds konvertibbli tagħhom u warrants f’ekwità ordinarja. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5645 – CPI CEE/Gazit Midas/Atrium European Real Estate, fl-indirizz li ġej:
|