Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/245/11

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5620 – Volkswagen Financial Services/MoellerGruppen/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 245, 13.10.2009, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/41


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5620 – Volkswagen Financial Services/MoellerGruppen/JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 245/11

    1.

    Fit-2 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Volkswagen Financial Services AG, il-Ġermanja, proprjetà ta' VW Group, u MoellerGruppen AS, in-Norveġja, ikkontrollata mill-membri tal-familja Moeller, akkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Newco BilFinans AS, in-Norveġja, permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Volkswagen Financial Services AG: il-fornitura ta' servizzi finanzjarji relatati prinċipalment mad-distribuzzjoni u l-finanzjament tal-karozzi u l-vetturi kummerċjali,

    għal MoellerGruppen AS: il-bejgħ, il-manutenzjoni, it-tiswija, il-leasing ta', u self fuq, vetturi tal-VG Group li jinkludu vetturi Volkswagen, Audi u Skoda kif ukoll it-tiswija tal-vetturi Seat. Barra minn hekk, MoellerGruppen AS hija attiva fi ħdan l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli u investimenti oħra,

    għal Newco BilFinans AS: se tforni servizzi finanzjarji fir-rigward tal-kiri tal-vetturi u l-finanzjament tad-dejn lil konsumaturi privati u l-konsumaturi tan-negozju fin-Norveġja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5620 – Volkswagen Financial Services/MoellerGruppen/JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top