Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/241/10

    Sejħa għal Proposti – EACEA/25/09 – Azzjoni 4.1 – Appoġġ għal organizzazzjonijiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ

    ĠU C 241, 8.10.2009, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 241/21


    SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA/25/09

    Azzjoni 4.1 – Appoġġ għal organizzazzjonijiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ

    2009/C 241/10

    1.   OBJETTIVI U DESKRIZZJONI

    Din is-sejħa għal proposti għandha l-għan li tipprovdi appoġġ għall-attivitajiet permanenti ta’ korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ u tipprova tilħaq għan li hu ta’ interess ġenerali Ewropew.

    Dawn l-attivitajiet għandhom jgħinu biex iħeġġu liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw bħala ċittadini fil-ħajja pubblika, fis-soċjetà u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni fuq skala Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ meħud fis-sens wiesa’ tiegħu.

    Għotja annwali tista’ tingħata biex tgħin lil dawn il-korpi biex ilaħħqu mal-ispejjeż operattivi tagħhom. Dawn il-korpi jistgħu jkunu:

    organizzazzjoni mhux bi skop ta’ qligħ li twettaq l-attivitajiet tagħha għaż-żgħażagħ fuq livell Ewropew;

    netwerk Ewropea li jirrappreżenta korpi li jaħdmu għaż-żgħażagħ.

    Is-sejħa għal proposti hija mmirata lejn l-għażla ta' organizzazzjonijiet għall-konklużjoni ta' ftehimiet annwali ta' għotjiet ta’ ħidma li jkopru s-sena tal-baġit 2010.

    Din is-sejħa għal proposti ma tikkonċernax lil dawk l-organizzazzjonijiet li diġà kkonkludew Ftehim Qafas ta’ Sħubija mal-Aġenzija għall-2008-2010.

    2.   KANDIDATI ELIĠIBBLI

    2.1.   Korpi eliġibbli

    Sabiex korp ikun eliġibbli għal għotja ta’ ħidma, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin :

    ma jkunx korp tal-gvern;

    ikun ilu legalment stabbilit għal talanqas sena mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet;

    ikun mingħajr skopijiet ta’ qligħ;

    ikun organizzazzjoni speċifikament għaż-żgħażagħ jew organizzazzjoni li tkun tinkludi attivitajiet aktar mifruxa iżda li parti minnhom tkun destinata lejn iż-żgħażagħ;

    ikun jinvolvi liż-żgħażagħ fil-ġestjoni ta’ attivitajiet żviluppati u mmirati lejhom stess;

    ikun hemm mill-anqas membru wieħed permanenti fost il-persunal tiegħu (bi ħlas jew mingħajr). Issir eċċezzjoni għal dawk il-korpi li jkunu għadhom qatt ma bbenefikaw minn għotjiet taħt din l-azzjoni u li jkollhom l-intenzjoni li jimpjegaw membru tal-persunal permanenti fil-każ li jingħataw din l-għotja.

    2.2.   Pajjiżi eliġibbli

    Il-korpi li huma stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin huma eliġibbli sabiex japplikaw:

    l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea;

    l-Istati ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Kummerċ Ħieles (EFTA) u ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja;

    il-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni: it-Turkija;

    il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent: l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja;

    il-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa: il-Belarus, il-Moldova, il-Federazzjoni Russa, l-Ukraina.

    Il-korpi li qed japplikaw għandu jkollhom organizzazzjonijiet attivi f’minn talanqas 8 pajjiżi msemmija hawnhekk.

    3.   ATTIVITAJIET ELIĠIBBLI

    L-organizzazzjonijiet għandhom jiskedaw fil-pjan ta’ ħidma annwali tagħhom għall-2010 serje ta’ attivitajiet li jikkonformaw mal-prinċipji li jirfdu l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam taż-żgħażagħ.

    L-attivitajiet li aktarx li jikkontribwixxu lejn it-tisħiħ u t-titjib tal-effiċjenza tal-azzjoni tal-Komunità huma dawn:

    Grupp 1: rappreżentazzjoni tal-fehmiet u l-interessi taż-żgħażagħ fid-diversità tagħhom fuq livell Ewropew;

    Grupp 2: skambji ta’ żgħażagħ u servizzi volontarji;

    Grupp 3: tagħlim mhux formali u informali u programmi ta' attivitajiet immirati lejn iż-żgħażagħ;

    Grupp 4: promozzjoni ta’ tagħlim u fehim interkulturali;

    Grupp 5: dibattitu dwar affarijiet Ewropej, politika tal-UE jew politika dwar iż-żgħażagħ;

    Grupp 6: tixrid ta’ informazzjoni dwar azzjoni tal-Komunità;

    Grupp 7: azzjonijiet li jippromwovu l-parteċipazzjoni u l-inizjattiva miż-żgħażagħ.

    4.   KRITERJI GĦALL-GĦOTI

    L-applikazzjonijiet għall-fondi ser jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn il-kriterji kwalitattivi:

    kemm huma adattati f’termini tal-objettivi tal-programm;

    il-kwalità tal-attivitajiet ippjanati;

    l-impatt u l-effett ta’ multiplikazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet fuq iż-żgħażagħ;

    l-impatt ġeografiku tal-attivitajiet ippjanati;

    l-involviment taż-żgħażagħ fl-organizzazzjoni tal-korpi kkonċernati.

    u ta’ dawn il-kriterji kwantitattivi:

    In-numru ta’ attivitajiet ippjanati:

    attivitajiet ippjanati;

    gruppi ta’ attivitajiet involuti;

    suġġetti koperti;

    żgħażagħ li jieħdu sehem fl-attivitajiet, b’mod partikolari dawk b’inqas opportunitajiet;

    il-pajjiżi involuti.

    5.   BAĠIT

    Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-ħidma ta' korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ preżenti taħt is-Sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 1 400 000. Għajnuna finanzjarja Komunitarja ma tistax taqbeż 80 % tal-ispejjeż operattivi totali.

    L-ogħla għotja Komunitarja għal kull korp hija ta’ EUR 35 000 fil-każ ta’ ftehim annwali ta’ ħidma.

    Għall-kalkolazzjoni tal-ammont tal-għotja operattiva, l-organizzazzjonijiet applikanti jistgħu jagħżlu bejn żewġ sistemi ta’ finanzjament:

    (1)

    finanzjament b’rata fissa

    (2)

    finanzjament tradizzjonali tal-ispejjeż eliġibbli skont il-baġit (kalkolu abbażi tal-baġit)

    6.   SOTTOMISSJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET

    Applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom jiġu abbozzati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, permezz tal-formola elettronika mfassla speċifikament għal dan l-iskop.

    Il-formola elettronika ta’ applikazzjoni mimlija kif suppost għandha tiġi sottomessa sad-9 ta' Diċembru 2009.

    Il-verżjoni stampata tal-applikazzjoni, iffirmata oriġinali mill-persuna awtorizzata li tidħol f'impenji li jorbtu ġuridikament f'isem il-korp applikant għandha wkoll tintbagħat sad-9 ta' Diċembru 2009 fl-indirizz li ġej:

    Education, Audiovisual & Culture Executive Agency

    Unità taż-Żgħażagħ(P6) – l-applikazzjoni ta’ Għotja – Azzjoni 4.1 – 2010

    Avenue du Bourget 1 (BOUR — 4/29)

    1140 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    bil-posta (data tat-timbru tal-posta),

    b′servizz ta’ kurrier (data tal-wasla mis-servizz ta' kurrier twassal l-applikazzjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva).

    Applikazzjonijiet mibgħuta bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.

    Dawn id-dokumenti jistgħu jinkisbu minn fuq l-Internet, fuq dan l-indirizz: http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm

    7.   IKTAR INFORMAZZJONI

    L-applikazzjonijiet iridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Linji Gwida dwar l-Applikazzjoni – Sejħa għal proposti EACEA/25/09, u jridu jiġu ppreżentati permezz tal-formola ta’ applikazzjoni pprovduta għal dan l-iskop u jridu jinkludu l-annessi relevanti. Dawn id-dokumenti jistgħu jinkisbu minn fuq l-Internet, fuq dan l-indirizz:

    Aġenzija: http://eacea.ec.europa.eu/youth/index_en.htm


    Top