EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/234/04

Sejħa għall-Proposti – EACEA/19/09 – Media 2007 – Appoġġ għad-Distribuzzjoni Transnazzjonali ta’ Films Ewropej – l-Iskema Selettiva 2010

ĠU C 234, 29.9.2009, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/7


Sejħa għall-Proposti – EACEA/19/09

Media 2007 – Appoġġ għad-Distribuzzjoni Transnazzjonali ta’ Films Ewropej – l-Iskema Selettiva 2010

2009/C 234/04

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

Dan l-avviż għal sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1).

Waħda mill-miżuri li trid tiġi implimentata skont din id-Deċiżjoni hija li tkun ta’ sostenn għad-Distribuzzjoni Transnazzjonali ta’ Films Ewropej.

L-għan tal-iskema “Selettiva” huwa li tinkoraġġixxi u tappoġġja d-distribuzzjoni transnazzjonali usa ta' films Ewropej mhux nazzjonali iżda reċenti billi tħeġġeġ lid-distributuri teatrali b'mod partikolari sabiex jinvestu f'promozzjoni u distribuzzjoni adegwata ta' films Ewropej mhux domestiċi.

L-iskema timmira wkoll li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn il-produzzjoni u s-settur tad-distribuzzjoni biex b'hekk tittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta' films Ewropej mhux nazzjonali.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa mmirat lill-kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-għanijiet imsemmija hawn fuq.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

'is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

'il-pajjżi tal-EFTA

'l-Iżvizzera

'il-Kroazja

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli skont din is-Sejħa għall-Proposti:

Id-distribuzzjoni teatrali (taċ-ċinema) ta’ films mhux nazzjonali. Il-film għandu jkun ġie prodott b’sehem kbir minn produttur/produtturi stabbiliti fil-pajjiżi parteċipanti fil-programm MEDIA u li jsir bil-parteċipazzjoni sinifikanti ta’ professjonisti minn dawk il-pajjiżi. Il-film għandu jkun x-xogħol reċenti ta' finzjoni, animazzjoni jew dokumentarju ta’ aktar minn 60 minuta tul u minn pajjiż differenti mill-pajjiż ta' distribuzzjoni. Id-drittijiet tal-awtur tal-film ma jistgħux ikunu datati sa aktar kmieni minn 4 snin qabel is-sena tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Films b'baġit ta’ produzzjoni ta’ aktar minn EUR 15–il miljun mhumiex eliġibbli.

Il-perijodu eliġibbli għandu normalment ikun ta’ sitt (6) xhur qabel id-data tar-rilaxx l-aktar kmieni possibbli tal-film (jiġifieri l-iskadenza għas-sottomissjoni rilevanti) sa għaxar (10) xhur wara d-data tar-rilaxx mhux aktar (jiġifieri l-iskadenza għas-sottomissjoni rilevanti flimkien ma' tmintax (18)–il xahar).

4.   Kriterji tal-Għoti

Is-sostenn għandu jingħata għad-distribuzzjoni i.e. P&A (stampar u reklamar) għal films Ewropej reċenti mhux nazzjonali bil-baġit ta’ produzzjoni massimu ta' EUR 15–il miljun għal gruppi ta’ mill-inqas ħames distributuri fil-każ ta' films li għalihom il-baġit huwa taħt il-EUR 3 miljun u għall-inqas seba′ distributuri fil-każ ta' films li għalihom il-baġit huwa bejn EUR 3 miljun u EUR 15–il miljun.

Il-kriterji tal-għotja ser jirriżultaw fl-għażla ta' dawk il-Gruppi flimkien mal-ogħla punteġġ meħuda in kunsiderazzjoni:

in-numru ta’ distributuri eliġibbli,

l-ispiża tal-produzzjoni tal-film,

l-oriġini tal-film,

it-tip ta’ film,

il-preżenza tal-aġent/produttur tal-bejgħ bħala koordinatur maċ-ċittadinanza tiegħu/tagħha.

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa ta’ EUR 12 250 000, bla ħsara għad-disponibbiltà ta' fondi għas-sena 2010 finanzjarja.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta' għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija ma għandha qatt taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

L-għotja massima għandha tkun 150 000 EUR għal kull film għal kull pajjiż.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Id-data ta’ skadenza biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet hija l-1 ta’ Diċembru 2009, 1 t’April 2010 u l-1 ta’ Lulju 2010.

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li legalment jorbtu f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika biss ikunu aċċettati. Fuq l-inviloppi importanti li tissemma’:

MEDIA 2007 — Distribuzzjoni EACEA/19/09 — Ċinema Selettiva

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-fax jew bl-email jiġu rifjutati.

7.   Tagħrif sħiħ

Il-linji gwida dettaljati, flimkien mal-formoli ta’ applikazzjoni, qegħdin fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/information_society/media/distrib/schemes/select/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.


Top