This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/215/04
Call for proposals — Support for information measures relating to the common agricultural policy — Implementation of information measures under budget heading 05 08 06 for 2010
Sejħa għal proposti – Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni – L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ informazzjoni skont il-linja tal-baġit 05 08 06 għall-2010
Sejħa għal proposti – Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni – L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ informazzjoni skont il-linja tal-baġit 05 08 06 għall-2010
ĠU C 215, 9.9.2009, p. 3–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/3 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI
“Appoġġ għal miżuri ta’ informazzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni”
L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ informazzjoni skont il-linja tal-baġit 05 08 06 għall-2010
2009/C 215/04
1. DAĦLA
Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta’ April 2000 dwar il-miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola (1) li jiddefinixxi t-tip u l-kontenut tal-miżuri ta’ informazzjoni li l-Komunità tista’ tikkofinanzja. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002 (2), emendat bir-Regolament (KE) Nru 1820/2004 (3), jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 814/2000.
L-għan ta’ din is-sejħa hu li jitqajmu l-proposti li jirrigwardaw il-finanzjament ta’ miżuri ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000, fuq il-krediti buġetarji tal-eżerċizzju 2010. Din is-sejħa għall-proposti tirrigwarda l-azzjonijiet ta’ informazzjoni li jiġu implimentati bejn l-1 ta’ Mejju 2010 u t-30 ta’ April 2011 (bħalma huma t-tħejjija, it-twettiq, is-segwitu u l-valutazzjoni).
Miżura ta' informazzjoni hija operazzjoni indipendenti u koerenti ta' informazzjoni organizzata abbażi ta’ baġit uniku. L-attivitajiet inklużi f'operazzjoni bħal din ivarjaw minn konferenza sempliċi għal kampanja komprensiva ta' informazzjoni li tkopri diversi tipi ta' attivitajiet (bħal konferenzi, produzzjonijiet awdjoviżivi, laqgħat ta' ħidma mobbli, eċċ.) u jsiru f'reġjun wieħed jew aktar tal-Istati Membri. Fil-każ tal-aħħar, l-azzjonijiet differenti previsti għandhom ikunu marbuta bejniethom u joffru strateġija konċettwali ċara; Bl-istess mod, ir-riżultati li jinkisbu u l-kalendarju tax-xogħol għandhom ikunu realistiċi u adattati għall-għanijiet tal-proġett. Il-miżuri għandhom jitwettqu fl-UE-27 u għandhom jirrispettaw il-limiti ta' żmien spjegati fil-punt 3 (it-tul ta' żmien u l-baġit) hawn taħt.
Kif speċifikat fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002, l-applikanti għal din is-sejħa għall-proposti għandhom ikunu persuni ġuridiċi kkostitwiti legalment fi Stat Membru għal mill-inqas sentejn, b’mod partikolari:
— |
organizzazzjonijiet tal-bdiewa jew tal-iżvilupp rurali, |
— |
assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, |
— |
assoċjazzjonijiet għall-ħarsien tal-ambjent, |
— |
awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, |
— |
mezzi ta' komunikazzjoni, |
— |
universitajiet. |
2. IL-PRIJORITAJIET U L-GĦANIJIET GĦALL-2010
2.1. Il-Prijoritajiet
Taħt din is-sejħa għall-proposti, l-Kummissjoni tixtieq tagħti prijorità:
— |
lill-fatt li l-pubbliku tal-Istati Membri jkollu għarfien akbar fuq il-PAK (inkluż l-iżvilupp rurali), biex ikun jaf aħjar x’inhu r-rwol multifunzjonali tal-bdiewa tal-Unjoni Ewropea li jmur lilhinn mill-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel. Il-bdiewa huma wkoll gwardjani tal-pajżaġġ, għandhom rwol importanti fil-konservazzjoni tal-patrimonju komuni naturali tagħna u l-attività tagħhom hija l-pulmun ekonomiku ta’ bista żoni rurali, |
— |
lid-diskussjoni mal-partijiet interessati fl-agrikoltura fiż-żoni rurali dwar l-opportunitajiet u l-benefiċċji li joffru ż-żewġ prinċipji fundamentali tal-PAK għas-settur agrikolu u għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni rurali, |
— |
li tiġi ppreżentata l-politika agrikola komuni (PAK) rriformata u b'mod partikolari:
|
— |
il-valutazzjoni ta' sistemi tal-UE fi ħdan il-PAK bil-ħsieb li jippromwovu sistema ta’ alimentazzjoni aktar tajba għas-saħħa u drawwiet alimentari aktar tajbin għas-saħħa, speċjalment fir-rigward tal-frott u ħxejjex fost it-tfal tal-iskola, |
— |
id-diskussjoni tal-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, |
— |
id-diskussjoni ma’ dawk involuti fid-dinja agrikola kif ukoll mal-pubbliku dwar il-perspettivi tal-bidla fil-politika agrikola komuni (PAK) għal żmien medju u twil. |
2.2. Il-messaġġi li jridu jiġu kkomunikati
Il-Kummissjoni tixtieq tirċievi proposti għal miżuri ta' informazzjoni li jiffukaw fuq il-messaġġi li ġejjin:
— |
Il-PAK hija politika ħajja. Hija tevolvi biex tirrifletti l-prijoritajiet li jinbidlu tas-soċejtà. Hija ġiet stabbilita bħala parti fundamentali tal-binja Ewropea b'enfażi qawwi fuq il-komunità Ewropea tal-biedja. Illum, l-agrikoltura Ewropea għandha rwol fundamentali fis-soċjetajiet tagħna. Hija taffettwa direttament il-kwalità tal-ambjent tagħna, l-ikel li nieklu u l-mod li bih nitrattaw l-annimali imrobbijin fl-irziezet tagħna. Dawn huma kwistjonijiet li jaffettwawna lkoll. Il-PAK tfittex li tippromwovi agrikoltura sostenibbli li twieġeb b'mod pożittiv għat-tħassib taċ-ċittadini mhux biss fil-komunitajiet agrikoli, iżda fis-soċjetà kollha kemm hi, |
— |
Il-PAK tappoġġa lill-bdiewa biex tgħinhom jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pulmun ekonomiku taż-żoni rurali. Hija tippermettilhom li jfornu kemm ikel ta' kwalità għolja u sigur kif ukoll beni pubbliċi li ma jistgħux jiġu pprovduti mis-suq biss: il-preżervazzjoni ta' struttura ekonomika u soċjali ħajja fiż-żoni rurali, il-ħarsien ambjentali u l-preżervazzjoni tal-pajsaġġi, |
— |
L-ostakli kummerċjali internazzjonali bil-mod il-mod qegħdin jingħelbu. Hija tendenza li għandna nilqgħu, b’mod partikulari sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp fil-pajjiżi fqar. L-agrikoltura Ewropea qiegħda tiġi ffaċċjata dejjem aktar b'kompetizzjoni minn produtturi f'pajjiżi terzi. Il-kummerċ internazzjonali huwa parti mill-PAK. Il-PAK tippermetti lill-agrikoltura Ewropea tagħti l-aqwa sehem tagħha billi tippromwovi settur li huwa kompetittiv, innovattiv, li jwieġeb għas-suq u li jiffoka fuq il-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità u fuq l-identifikazzjoni ta' żbokki alternattivi għall-prodotti tagħha bħalma huma l-bijokarburanti, |
— |
Is-sussidji agrikoli huma ffinanzjati mill-flus ta' min iħallas it-taxxi. Għandna niżguraw li dawn jintefqu tajjeb u li jkunu ġestiti b'mod trasparenti. Iżda rridu niżguraw ukoll li l-PAK titmexxa b'regoli sempliċi, ċari, trasparenti u kost-effiċjenti. Il-piż amministrattiv għal dawk li jsegwuhom u għal dawk li jikkontrollawhom għandu jkun raġonevoli, |
— |
Il-biċċa l-kbira tat-territorju tal-UE jinsab f'żoni rurali. Dawn iż-żoni huma sors importanti ta' impjieg u jikkostitwixxu simbolu qawwi tal-patrimonju kulturali Ewropew. Il-PAK tħeġġeġ politika ta' żvilupp rurali li tiffavorixxi t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali, kemm fis-settur agrikolu kif ukoll lil hinn minnu, skont il-metodi li jsaħħu t-tessut ekonomiku, soċjali u ambjentali taż-żoni rurali tagħna, |
2.3. Tipi ta' miżuri ta' informazzjoni
Taħt din is-sejħa għall-proposti, il-Kummissjoni tixtieq tirċievi talbiet għat-tipi ta' miżuri ta' informazzjoni li ġejjin:
— |
programmi tat-televiżjoni u r-radju (bħal dokumentarji, programmi ta' diskussjoni, eċċ.) (4), |
— |
produzzjonijiet viżwali, awdjo u awdjoviżivi u d-distribuzzjoni tagħhom (5), |
— |
azzjonijiet immirati lejn l-iskejjel u l-universitajiet, |
— |
konferenzi, seminars u laqgħat ta’ ħidma (inklużi dawk mobbli) speċjalment f’żoni rurali, |
— |
żjajjar ta’ skambju u ta’ informazzjoni, b’mod speċjali bejn Stati Membri antiki u ġodda, |
— |
stands ta’ informazzjoni f’fieri agrikoli, |
— |
kampanji ta’ informazzjoni, li jinkludu diversi tipi ta’ miżuri ta’ informazzjoni msemmija hawn fuq, |
— |
kategoriji oħra ta’ miżuri, bħal pubblikazzjonijiet u portals fuq l-internet ikunu kkunsidrati biss jekk jitwettqu f’waħda mil-lingwi tat-12-il Stat Membru ġdid. |
2.4. Destinatarji
Id-destinatarji tal-proġetti taħt din is-sejħa għall-proposti huma dawn li ġejjin:
— |
il-pubbliku ġenerali fl-UE 27, |
— |
il-popolazzjoni taż-żoni rurali, |
— |
il-partijiet interessati fl-agrikoltura, il-bdiewa u benefiċjarji potenzjali oħra tal-miżuri ta’ żvilupp rurali. |
3. IT-TUL TA' ŻMIEN U L-BAĠIT
Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna miżuri speċifiċi ta’ informazzjoni li jridu jiġu implimentati (inklużi l-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-valutazzjoni) bejn l-1 ta’ Mejju 2010 u t-30 ta' April 2011.
Il-baġit totali previst disponibbli għall-miżuri ta’ informazzjoni li għandhom jitwettqu skont din is-sejħa għall-proposti jammonta għal EUR 3 250 000. Dan l-ammont se jitqassam fost il-miżuri li jitqiesu l-aqwa, skont il-kriterji msemmija fl-Anness III, punt 2. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tnaqqas dan l-ammont totali disponibbli, kif ukoll li tagħti parti minnu biss.
L-ammont tas-sussidju mitlub mill-Kummissjoni għandu jkun bejn EUR 20 000 u EUR 200 000 għal kull miżura ta’ informazzjoni (ammont fiss għall-ispejjeż tal-persunal inkluża).
L-ispejjeż eliġibbli huma ddefiniti fl-Anness IV (it-tfassil tal-baġit). Il-kontribuzzjoni min-naħa tal-Kummissjoni għall-miżuri ta’ informazzjoni magħżula hija limitata għal 50 % tal-ispejjeż eliġibbli kollha minbarra l-ispejjeż tal-persunal li huma suġġetti għal ħlas fiss. Din ir-rata fissa ma tistax taqbeż l-EUR 10 000. Għall-miżuri ta’ informazzjoni li għandhom natura eċċezzjonali, u jekk ikun mitlub, il-persentaġġ tal-kontribut tal-Kummissjoni jista’ jasal sa 75 %.
Miżura ta’ informazzjoni tiġi rikonoxxuta bħala ta' interess eċċezzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 2208/2002 jekk jiġu sodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
titwettaq f’wieħed mit-12-il Stat Membru l-ġodda; |
(2) |
ikollha kwalità teknika għolja u kost-effiċjenza tajba; |
(3) |
il-pjan ta’ tixrid tagħha jkun tali li jiggarantixxi t-tixrid tal-informazzjoni lill-ikbar udjenza possibbli; |
(4) |
jekk il-kumitat għall-evalwazzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-kumitat, ikun taha mill-inqas 75 punt minn 100 punt għal kriterji tal-għoti kif imniżżel fl-Anness III, il-punt 2. |
M’huwa ser ikun permess l-ebda prefinanzjament għal miżuri ta' informazzjoni li ngħataw sussidju skont din is-sejħa għall-proposti. L-għażla għall-applikazzjoni ma tobbligax lill-Kummissjoni li tagħti l-ammont sħiħ mitlub mill-applikant. Is-sussidju ma għandu fl-ebda ċirkostanza jaqbeż l-ammont mitlub.
4. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦAT-TRESSIQ TAT-TALBIET
4.1. Struzzjonijiet għat-tħejjija tal-applikazzjoni
Kull min japplika ma jistax iressaq l-applikazzjoni ħlief għal miżura ta’ informazzjoni waħda għal kull eżerċizzju baġitarju.
L-applikazzjoni titressaq bl-użu tal-formoli xierqa disponibbli fl-indirizz tal-internet li ġej: http://ec.europa.eu/comm/agriculture/grants/capinfo/index_en.htm
L-applikazzjoni għandha tinkiteb b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Sabiex jitħaffef l-ipproċessar tat-talbiet fl-iqsar żmien possibbli, l-applikanti huma mħeġġa li jressqu l-applikazzjoni tagħhom bl-Ingliż jew bil-Franċiż u jekk dan ma jkunx possibbli li tal-inqas jinkludu traduzzjoni tal-kontenut tal-formola 3 bl-Ingliż jew bil-Franċiż.
L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti li ġejjin li huma disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi hawn fuq:
— |
L-ittra tal-applikazzjoni li ssemmi t-titolu tal-miżura ta’ informazzjoni proposta u l-ammont tas-sussidju mitlub, iffirmata mir-rappreżentant awtorizzat legalment fi ħdan l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika, |
— |
il-Formola Nru 1 (informazzjoni dwar l-applikant), Nru 2 (informazzjoni dwar il-koorganizzaturi jekk applikabbli), Nru 3 (deskrizzjoni dettaljata tal-miżura ta’ informazzjoni) tal-applikazzjoni. Jekk mistoqsija ma tapplikax għall-miżura ta’ informazzjoni proposta, għandek iddaħħal “mhux applikabbli” jew “n/a”. Jiġu kkunsidrati biss l-applikazzjonijiet ippreżentati fuq dawn il-formoli, |
— |
baġit wieħed tal-miżura ta’ informazzjoni proposta (li huwa magħmul minn tabella waħda dettaljata tan-nefqa u tabella waħda dettaljata tad-dħul u fil-bilanċ), mimlija kif xieraq, iffirmati u ddatati mir-rappreżentant awtorizzat legalment fl-organizzazzjoni li tkun qed tapplika, |
— |
id-dokumenti kollha addizzjonali msemmija fl-Anness I (Dokumenti addizzjonali meħtieġa sabiex tapplika għas-sussidju). |
4.2. Skadenzi u destinatarji li lilhom trid tintbagħat l-applikazzjoni
L-applikanti għandhom jibagħtu kopja waħda tal-applikazzjoni sħiħa tagħhom mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2009 bil-posta reġistrata li tkun tinkludi għarfien li l-applikazzjoni waslet (il-marka tal-posta fuq l-envelopp sservi ta' prova tad-data ta' meta tkun intbagħtet) fl-indirizz li ġej:
Kummissjoni Ewropea |
Unità AGRI. K.1 |
Sejħa għall-proposti 2009/C 215/04 |
Lis-sinjur M H.-E. Barth |
L130 4/148A |
1049 Brussels |
BELGIUM |
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu ġo envelopp jew kaxxa tal-kartun issiġillata li titqiegħed ġo envelopp ieħor jew kaxxa tal-kartun issiġillata. Fuq l-envelopp jew il-kaxxa tal-kartun ta’ ġewwa, barra l-indirizz tad-destinatarju, kif inhu indikat fis-sejħa għall-proposti, għandu jkun hemm ukoll it-titlu “sejħa għall-proposti – dan il-pakkett ma għandux jinfetaħ mis-servizz postali”. Jekk jintużaw enveloppi li jkun fihom il-kolla, dawn għandhom ikunu ssiġillati b'tejp adeżiv u min jibgħathom għandu jiffirma matul dak it-tejp.
Ladarba d-dokumenti kollha li jintbagħtu lill-Kummissjoni għandhom jiġu skennjati paġna paġna, huwa mitlub li l-folji tal-applikazzjoni u tal-annessi ma jitwaħħlux flimkien. Barra minn hekk, b’rispett għall-ambjent, il-kandidati huma mħeġġa li jressqu l-applikazzjoni tagħhom fuq karti reċiklati jew stampati minn wara u minn quddiem.
Fl-istess ħin u mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2009 f’nofs il-lejl (ħin ta' Brussell), l-applikanti għandhom jibagħtu wkoll kopja elettronika tal-applikazzjoni tagħhom, li tinkludi biss il-verżjoni elettronika tal-ittra tal-applikazzjoni, il-formoli 1-3 u l-baġit, identiċi għal dawk mibgħuta bil-posta, fl-indirizz elettroniku li ġej:
AGRI-GRANTS-APPLICATIONS-ONLY@ec.europa.eu
Hija responsabbiltà tal-applikanti li jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom b'mod sħiħ u sad-data ta’ skadenza. L-applikazzjonijiet mibgħuta wara l-iskadenza jiġu rrifjutati.
5. IL-PROĊEDURA U L-ISKEDA
5.1. Il-wasla u r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet
Il-Kummissjoni tirreġistra l-applikazzjoni tiegħek u tibgħatlek konferma tal-wasla tagħha bil-posta elettronika bin-numru assenjat għall-applikazzjonijiet tiegħek fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol wara l-iskadenza li fiha kellhom jitressqu l-applikazzjonijiet.
5.2. Eżami tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji ta' eliġibbiltà u esklużjoni
Kumitat ta’ valutazzjoni ad-hoc iwettaq l-eżami tal-eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet li ma jissodisfawx kriterju wieħed jew aktar minn dawk stabbiliti fl-Anness II (kriterji ta’ eliġibbiltà u esklużjoni) ma jintlaqgħux.
L-applikazzjonijiet kollha eliġibbli jgħaddu għall-fażi ta’ valutazzjoni li jmiss (eżami fid-dawl tal-kriterji tal-għażla — kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti).
5.3. Eżami tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji tal-għażla – il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti
Waqt din il-fażi, il-kumitat sejjer jeżamina l-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti eliġibbli abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni skont il-kriterji deskritti fl-Anness III (1) (kriterji tal-għażla).
L-applikazzjonijiet kollha li jgħaddu minn din il-fażi jgħaddu għall-fażi li jmiss (il-valutazzjoni fid-dawl tal-kriterji tal-għotja).
5.4. Il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji tal-għotja
Matul din il-fażi, il-kumitat jevalwa l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kriterji għall-għoti spjegati fl-Anness III (2) (kriterji għall-għoti). L-applikazzjonijiet li jirċievu mill-inqas 60 punt mill-100 disponibbli (u mill-inqas 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju) biss ikunu proposti għal għotja ta’ sussidju mill-kumitat ta' evalwazzjoni. Madankollu, il-fatt li tirċievi 60 mill-100 punt disponibbli ma jiggarantix li l-miżura ta' informazzjoni se tingħata s-sussidju. Fil-fatt, il-Kummissjoni tista' tgħolli r-rata minima aċċettabbli fid-dawl tan-numru ta' applikazzjonijiet ta’suċċess u tar-riżorsi baġitarji disponibbli.
L-applikazzjonijiet li jirċievu inqas minn 60 punt mill-100 disponibbli jew anqas minn 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju jiġu mwarrba ; l-applikant jirċievi notifika bil-miktub li tagħti r-raġunijiet li għalihom ġiet imwarrba l-applikazzjoni.
Jekk l-għotja tas-sussidju tingħata, il-benefiċjarju jirċievi konvenzjoni ta' sussidju (mudell disponibbli mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-Sejħa għall-proposti), denominat f'euros, li jispeċifika l-kondizzjonijiet u l-livell ta' finanzjament, li jista' jkun inferjuri għall-ammont mitlub fl-applikazzjoni. Fil-każ ta' żbalji aritmetiċi jew spejjeż ikkunsidrati mhux eliġibbli, il-baġit jiġi kkoreġut mis-servizzi tal-Kummissjoni. Jekk il-korrezzjoni twassal għal ammont ogħla tal-ispejjeż totali, l-ammont mitlub jibqa’ mhux mibdul u l-kontribuzzjoni tal-applikant tiżdied kif xieraq.
Id-data prevista għall-għeluq tal-proċedura ta’ valutazzjoni hija t-30 ta’ April 2010. Is-servizzi tal-Kummissjoni ma humiex awtorizzati li jinformaw lill-applikanti dwar l-istat tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom qabel id-deċiżjoni tal-għotja. Għal din ir-raġuni, l-applikanti huma mitluba biex ma jċemplux u ma jiktbux lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat tal-applikazzjoni tagħhom qabel id-data prevista msemmija hawn fuq.
6. REKLAMAR
Il-benefiċjarji għandhom l-obbligu li jiżguraw, bil-mezzi adegwati kollha u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-konvenzjoni tas-sussidju, li l-komunikazzjoni kollha u r-reklamar kollu tal-benefiċjarju dwar il-miżura msemmija isemmu l-finanzjament mogħti mill-Komunità.
Barra minn hekk, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni tal-benefiċjarju, fi kwalunkwe forma u dwar kwalunkwe appoġġ, għandhom isemmu l-fatt li din torbot biss lill-awtur tagħha u li l-Kummissjoni mhijiex responsabbli għall-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni inkluża f’din il-komunikazzjoni jew pubblikazzjoni.
L-evidenza ta’ dan ir-reklamar trid tiġi inkluża fir-rapporti tekniċi finali ta’ implimentazzjoni. Mudell tal-logo jista’ jitniżżel mill-indirizz tal-internet li ġej: http://europa.eu/abc/symbols/emblem/download_en.htm
Jekk l-organizzazzjoni benefiċjarja ma tkunx konformi mal-obbligu msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tnaqqas l-ammont tas-sussidju allokat lill-miżura ta' informazzjoni kkonċernata jew li tiċħad kompletament il-ħlas tas-sussidju lill-benefiċjarju.
7. PROTEZZJONI TAD-DEJTA PERSONALI
Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura li kwalunkwe dejta personali inkluża fl-applikazzjoni tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id-dejta (6). Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw b’mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-dejta in kwistjoni.
(1) ĠU L 100, 20.4.2000, p. 7.
(2) ĠU L 337, 13.12.2002, p. 21.
(3) ĠU L 320, 21.10.2004, p. 14.
(4) Għal din it-tip ta’ miżura, il-Konvenzjoni għas-sussidju tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiddisponi minn drittijiet ta’ riproduzzjoni u diffużjoni, għal finijiet mhux kummerċjali, f’kull qasam tax-xandir, għal perjodu ta’ żmien mhux limitat u mingħajr restrizzjoni territorjali, tal-prodotti jew programmi jew ta’ partijiet minn dawn deskritti f’din il-miżura.
(5) Ara nota numru 4
ANNESS I
DOKUMENTI ADDIZZJONALI MEĦTIEĠA SABIEX WIEĦED JAPPLIKA GĦAS-SUSSIDJU
Sabiex ikunu sħaħ, l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu (minbarra l-ittra tal-applikazzjoni, il-formoli tal-applikazzjoni u tal-baġit li jistgħu jitniżżlu mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-sejħa għall-proposti), id-dokumenti addizzjonali kollha li ġejjin. L-applikanti għandhom jiżguraw li d-dokumenti jkunu mehmuża mal-applikazzjoni fl-ordni ppreżentat fit-tabella hawn taħt.
Dokument |
Deskrizzjoni |
Kummenti |
Dokument A |
Formola ta' identifikazzjoni tal-entità legali |
Għall-applikanti kollha. Il-formula hija disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-Sejħa għall-Proposti. |
Dokument B |
Formola ta' identifikazzjoni finanzjarja |
Għall-applikanti kollha. Il-formula hija disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta’ din is-Sejħa għall-Proposti. |
Dokument C |
L-Att ta' assoċjazzjoni (statuti). |
Għall-applikanti kollha li ma humiex entitajiet pubbliċi. |
Dokument D |
Estratt riċenti mir-reġistrazzjoni tal-applikant fir-reġistru professjonali prevista mil-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit (bħalma hu estratt mill-ġurnal uffiċjali jew reġistru tal-kumpaniji) li juri biċ-ċar l-isem u l-indirizz tal-applikant u d-data ta' reġistrazzjoni |
Għall-applikanti kollha. |
Dokument E |
Jekk l-applikant huwa suġġett għall-VAT, kopja tad-dokument irreġistrat Jekk l-applikant mhuwiex intitolat li jirkupra l-VAT, dokument uffiċjali li jikkonferma dan |
Għall-applikanti kollha. Jekk il-VAT ma tkunx tinġabar lura, l-applikant għandu jehmeż ċertifikat mill-awtorità tal-VAT jew mingħand kwalunkwe persuna esterna oħra responsabbli mill-istabbiliment jew mill-kontroll tal-kontijiet (accountant, awditur…) li jikkonferma dan kollu. Madankollu jekk ma jiġix ipprovdut iċ-ċertifikat estern il-konvenzjoni ta’ sussidju ma tistax tiġi ffirmata. |
Dokument F |
Karti tal-bilanċ u kontijiet tal-qligħ u t-telf tal-aħħar sentejn finanzjarji li għalihom ġew magħluqa l-kontijiet, jew kwalunkwe dokument ieħor (bħal ċertifikat bankarju) li jipprovdi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant u l-kapaċità tiegħu li jżomm l-attività matul il-perjodu li fih tkun qed titwettaq il-miżura ta' informazzjoni |
Għall-applikanti kollha li ma humiex entitajiet pubbliċi. |
Dokument G |
Curriculum vitae tal-personal li se jwettaq il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni proposta |
Għall-applikanti u l-koorganizzaturi kollha |
Dokument H |
Prova tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn donaturi oħra ta' fondi (anke jekk id-donatur tal-fondi huwa koorganizzatur ukoll) għall-miżura ta' informazzjoni proposta (li għandha tikkonsisti tal-inqas f’ċertifikat uffiċjali tal-finanzjament minn kull wieħed mill-donaturi previsti li fuqu jkunu jidhru t-titolu tal-miżura ta' informazzjoni u l-ammont tal-kontribut) |
Fejn hu applikabbli. |
Dokument I |
Meta l-applikant għandu l-intenzjoni li juża fornituri/sottokuntratturi u fejn l-ammont tas-servizzi kollha li ser jingħataw minn fornitur/sottokuntrattur wieħed jaqbeż l-EUR 10 000, l-applikant jeħtieġ jippreżenta mill-inqas tliet offerti, mitluba minn 3 kumpaniji differenti u għandu wkoll jehmeż l-offerta magħżula u jehmeż l-offerta magħżula kif ukoll deskrizzjoni ċara tal-kompiti kkonċernati. L-applikanti jridu juru li l-fornitur/sottokuntrattatur magħżul jirrappreżenta l-aħjar valur għall-flus u għandhom jiġġustifikaw l-għażla fejn l-offerta magħżula ma tkunx l-irħas waħda |
Jekk mhux diġà disponibbli fil-ħin tal-applikazzjoni, din l-informazzjoni għandha tingħata mhux aktar tard mill-mument li fih jitressqu r-rapporti finali tal-implimentazzjoni tekniċki u finanzjarji wara l-għeluq tal-miżura ta' informazzjoni. Jekk dan ma jseħħx, l-ispejjeż ikkonċernati ma jitqiesux eliġibbli. |
ANNESS II
KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ U TA' ESKLUŻJONI
1. KRITERJI TA' ELIĠIBBILTÀ
a) Il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jikkonċernaw l-applikant:
— |
L-applikant irid ikun persuna ġuridika kkostitwita legalment fi Stat Membru għal mill-inqas sentejn. Dan irid jintwera b'mod ċar fl-applikazzjoni u fid-dokumenti mehmuża. L-applikanti li ma jkunux kostitwiti legalment fi Stat Membru għal mill-inqas sentejn, jew li jonqsu milli juru dan, jiġu mwarrba. |
b) Il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jikkonċernaw l-applikazzjoni:
L-applikazzjonijiet taħt din is-sejħa għall-proposti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
— |
jintbagħtu mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2009 (reġistrazzjoni awtentika tal-posta), |
— |
isiru bl-użu tal-formoli oriġinali previsti għall-applikazzjoni u għall-baġit li jistgħu jitniżżlu mill-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1, |
— |
għandhom jinkitbu b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, |
— |
għandhom jinkludu d-dokumenti kollha elenkati fil-punt 4.1 ta' din is-sejħa għall-proposti, |
— |
għandhom jinkludu ittra tal-applikazzjoni li ssemmi t-titolu tal-miżura ta' informazzjoni u l-ammont tas-sussidju mitlub u għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant awtorizzat legalment fi ħdan l-organizzazzjoni li tkun qed tapplika, |
— |
l-applikanti jistgħu jressqu applikazzjoni waħda biss għal kull sena baġitarja, |
— |
l-ammont tas-sussidju mitlub lill-Kummissjoni (esklużi l-ispejjeż tal-personal) għandu jkun bejn EUR 20 000 u 200 000, u l-persentaġġ tal-kofinanzjament mitlub (mingħajr rata fissa għall-ispejjeż tal-personal) ma jistax jaqbeż il-50 % (jew 75 % għall-miżuri ta’ natura eċċezzjonali – ara l-punt 3). |
— |
il-baġit tal-miżuri ta' informazzjoni proposti għandu:
|
— |
id-dati għall-implimentazzjoni tal-miżura ta’ informazzjoni proposta għandhom ikunu bejn l-1 ta’ Mejju 2010 u t-30 ta’ April 2011. |
— |
dawn li ġejjin mhumiex eliġibbli:
|
L-applikazzjonijiet kollha li ma jissodisfawx wieħed jew aktar mill-kundizzjonijiet ta' hawn fuq mhumiex eliġibbli u jiġu rrifjutati.
2. KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI
Il-Kummissjoni se teskludi l-applikanti kollha li jsibu ruħhom f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002 u fl-Artikoli 93(1), 94 u 96(2)(a), tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. L-għotjiet tas-sussidju ma jistgħux jingħataw lill-applikanti li huma, fiż-żmien tal-proċedura tal-għoti, f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejja: l-applikanti
— |
li jinsabu fi stat ta’ falliment jew qegħdin fil-proċess ta' stralċ, għandhom kwistjonijiet il-qorti jew għandhom arranġament mal-kredituri, għandhom attivitajiet kummerċjali sospiżi, jew qegħdin f'sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-leġislazzjoni jew regolamenti nazzjonali, |
— |
li nstabu ħatja ta' reat rigward il-kondotta professjonali tagħhom b'sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata, |
— |
li kienu ħatja ta' mġiba professjonali gravi pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista' tiġġustifika, |
— |
li ma ssodisfawx l-obbligi relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta' taxxi skont id-dispożizzjonijet legali tal-pajjiż fejn huma stabbiliti jew ma' dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew dawk tal-pajjiż fejn sejra titwettaq il-miżura, |
— |
kienu s-suġġett ta' sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f'organizzazzjoni kriminali jew kwalunkwe attività illegali ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Komunitjiet, |
— |
wara proċedura ta' akkwist jew proċedura oħra ta' għotja ta’ sussidju ffinanzjati mill-baġit Komunitarju, huma kienu ddikjarati li kisru b'mod serju l-kuntratt minħabba li ma kkonformawx mal-obbligi kuntrattwali tagħhom, |
— |
ikunu suġġetti għal kunflitt ta’ interessi, |
— |
huma ħatja jew ta' dikjarazzjonijiet foloz fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa partikularment mid-dipartiment awtorizzanti jew talli ma pprovdewx din l-informazzjoni. |
L-applikanti jridu jiddikjaraw fuq l-unur li m’humiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq (ara l-ittra ta’ applikazzjoni disponibbli fl-indirizz tal-internet fil-punt 4.1 ta’ din is-sejħa għall-proposti). Skont l-analiżi tal-ġestjoni tar-riskji, il-Kummissjoni tista’ titlob provi addizzjonali. L-applikanti li jinstabu ħatja ta' dikjarazzjonijiet foloz jistgħu jkunu soġġetti għal pieni amministrattivi u finanzjarji.
ANNESS III
KRITERJI TAL-GĦAŻLA U TAL-GĦOTJA
1. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Sabiex jagħtu prova tal-kapaċità teknika tagħhom, l-applikanti għandhom juru li:
— |
għandhom il-ħiliet tekniċi meħtieġa ta' rilevanza diretta għall-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni tat-tip ta' miżura ta' informazzjoni proposta, |
— |
għandhom mill-inqas sentejn esperjenza fit-trattament tas-suġġett(i) propost(i). |
Sabiex jagħtu prova tal-kapaċità finanzjarja tagħhom, l-applikanti għandhom juru li:
— |
is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom hija b'saħħitha biżżejjed biex iżżomm l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qiegħda titwettaq il-miżura ta' informazzjoni. |
Il-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikanti se tkun iġġudikata abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-fajl tal-applikazzjoni tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali. L-applikanti huma mfakkra li l-Kummissjoni ma hija se tagħti l-ebda finanzjament minn qabel għal miżuri ta' informazzjoni li jingħataw sussidju taħt din is-sejħa għall-proposti. L-applikanti se jkollhom iġarrbu l-ispiża totali tal-miżura ta' informazzjoni huma stess. Is-sussidju tal-Kummissjoni se titħallas biss wara l-approvazzjoni tar-rapport tekniku u finanzjarju finali ta' implimentazzjoni mressaq mill-benefiċjarji wara t-tmiem tal-miżura ta' informazzjoni.
2. KRITERJI GĦALL-GĦOTI
Kull miżura ta' informazzjoni se tkun evalwata mill-kumitat ad hoc fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:
(1) |
(massimu ta’ 25 punt): Ir-rilevanza u l-interess ġenerali tal-azzjoni huma apprezzati, partikularment fir-rigward:
|
(2) |
(massimu ta’ 25 punt): Il-plus-value ġenerali tal-proposta hija apprezzata, partikularment fir-rigward:
|
(3) |
(massimu ta’ 25 punt): L-impatt tal-miżura u l-politika ta’ tixrid magħżula huma apprezzati, partikularment fir-rigward:
|
(4) |
(massimu ta’ 25 punt) L-evalwazzjoni tal-miżura hija apprezzata partikularment fir-rigward:
|
Il-miżuri jitqiesu tal-ogħla kwalità u jiġu proposti biex jingħataw sussidju mill-Kumitat ta' Evalwazzjoni jekk jirċievu mill-inqas 60 mill-100 punt allokati għalihom fil-kriterji 1 sa 4 u jkollhom mill-inqas 50 % tal-punti disponibbli għal kull kriterju. Il-Kummissjoni tista' tgħolli r-rata minima aċċettabbli fid-dawl tar-riżorsi ta' baġit disponibbli. Jekk jogħġbok innota li d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li tagħti l-għotja tista' tkun differenti mill-proposta maħruġa mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni.
ANNESS IV
TFASSIL TAL-BAĠIT
Il-baġit għandu jirrispetta r-regoli rilevanti kollha previsti fl-Anness II (Kriterji ta' eliġibbiltà u ta' esklużjoni). Għandu jiġi ppreżentat bl-użu tal-formoli oriġinali (tabelli tal-infiq u tad-dħul).
It-tabella tal-infiq għandha tkun speċifika u tippermetti ftehim ċar ta' kull nefqa (eż. jiġi evitat it-terminu “oħra”). Il-kategoriji differenti tal-ispejjeż għandhom ikunu riflessi fid-deskrizzjoni tal-miżura ta' informazzjoni (Formula 3).
It-tabella tad-dħul għandha tkun speċifika u tippermetti ftehim ċar ta' kull dħul/kontribuzzjoni finanzjarja u għandha tirrispetta r-regola tan-non-profitt. Il-provi ta' kontribuzzjonijiet minn fornituri oħra ta' fondi għandhom ikunu mehmuża (ara d-dok H tal-Anness I).
Sabiex ikun iffaċilitat it-tfassil tal-baġit, eżempju ta' baġit mimli korrettament huwa disponibbli fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1.
It-tabella tal-infiq tal-baġit għandha tinkludi biss spejjeż eliġibbli (ara iktar ’il quddiem).
Kwalunkwe nfiq li jsir qabel ma tiġi ffirmata l-konvenzjoni isir b'riskju għall-applikant innifsu u ma jiġġenerea ebda rabta, legali u finanzjarja, min-naħa tal-Kummissjoni.
1. Spejjeż eliġibbli
L-ispejjeż eliġibbli għall-miżuri ta' informazzjoni huma spejjeż li fil-fatt saru mill-benefiċjarju, li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) |
huma marbuta mal-konvenzjoni u huma indikati fil-baġit ġenerali previst fil-miżura tal-informazzjoni; |
(b) |
huma meħtieġa għat-twettiq tal-miżura suġġetta għas-sussidju; |
(c) |
Għandhom is-sostenn ta' u mħallsa mill-benefiċjarju sakemm iddum il-miżura tal-informazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu I.2.2 tal-konvenzjoni tas-sussidju, jiġifieri, appoġġati mid-dokumenti ta' sostenn oriġinali [ara t-tabella fil-punt 3 iktar ’il quddiem] u mill-provi rispettivi ta' ħlas; |
(d) |
huma identifikabbli u verifikabbli, b’mod partikulari huma rreġistrati fil-kontabbiltà tal-benefiċjarju u determinati skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn il-benefiċjarju huwa stabbilit kif ukoll skont il-prattiki abitwali tal-benefiċjarju fir-rigward tal-kontabbiltà analitika; |
(e) |
huma raġonevoli, ġustifikati u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, partikularment fuq il-pjan tal-ekonomija u l-effiċjenza; |
(f) |
jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tat-taxxa u soċjali applikabbli, |
FORNITURI/SOTTOKUNTRATTURI għal servizzi li jaqbżu l-EUR 10 000
Jeħtieġ li wieħed jinnota li fejn l-applikant għandu l-ħsieb li juża fornituri/sottokuntratturi u jekk l-ammont tas-servizzi kollha li se jiġu pprovduti minn fornitur/sottokuntrattur wieħed jaqbżu l-EUR 10 000, l-applikant jeħtieġ iressaq lill-Kummissjoni mill-inqas tliet offerti, mitluba minn 3 kumpaniji differenti u jehmeż l-offerta magħżula u jrid juri li l-fornitur/sottokuntrattatur magħżul qed jipproponi l-aħjar valur għall-flus u jiġġustifika l-għażla tiegħu jekk l-offerta ma tkunx l-irħas waħda.
Dawn id-dokumenti għandhom jitressqu kemm jista' jkun malajr lill-Kummissjoni u mhux aktar tard mir-rapporti tekniċi u finanzjarji finali.
Jekk dan ma jsirx, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli.
2. Spejjeż li mhumiex eliġibbli
Dawn l-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala eliġibbli:
— |
kontribuzzjonijiet f'oġġetti, |
— |
infiq mhux speċifikat jew b'rata fissa, ħlief fil-każ ta' spejjeż għall-personal, |
— |
spejjeż indiretti (kera, elettriku, ilma, gass, assigurazzjoni, taxxi, eċċ.), |
— |
spejjeż għal materjal għall-uffiċċju (bħal karti, provvisti għall-uffiċċju, eċċ.), |
— |
spejjeż li ġejjin mix-xiri ta' tagħmir ġdid jew użat, |
— |
spejjeż ta' deprezzament tat-tagħmir, |
— |
spejjeż mhux previst fil-baġit bikri, |
— |
il-VAT, ħlief meta l-benefiċjarju jista' juri li hu/hi ma jistax jiġbru lura skont il-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, |
— |
remunerazzjoni fuq il-kapital, |
— |
dejn u ħlas fuq servizzi ta' djun, |
— |
proviżjonijiet għal telf jew dejn potenzjali fil-futur, |
— |
imgħax dovut, |
— |
djun dubjuż, |
— |
telf mill-kambju, |
— |
spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju u fil-qafas ta' azzjoni oħra jew ta' programm ta’ ħidma ieħor li jkun qiegħed jiriċevi sussidju Komunitarju, |
— |
infiq eċċessiv jew bla kontroll. |
3. Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ispejjeż eliġibbli u d-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni mitluba
Kategorija tan-nefqa |
Eliġibbli |
Dokumenti ta’ ġustifikazzjoni mitluba (NB Jekk bosta dokumenti huma elenkati, dawn iridu jiġu pprovduti kollha) |
||||||||||||
Spejjeż tal-personal |
Għandha titħallas somma fissa massima ta’ EUR 10 000; Hija għandha tinkludi l-ispejjeż għall-personal għat-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-evalwazzjoni. NB: Jekk l-ispejjeż finali li jitqiesu eliġibbli (esklużi l-ispejjeż tal-personal) huma inqas minn EUR 15 000, is-somma fissa mħallsa biex jiġu koperti dawn l-ispejjeż se tkun limitata għal massimu ta’ EUR 5 000. |
M’huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta' ġustifikazjoni għall-għoti tas-somma fissa. Madankollu, għal skopijiet ta' analiżi, il-benefiċjarji se jintalbu jehmżu dokument li jindika l-ispejjeż reali tal-personal imġarrbin b'rabta mal-miżura ta' informazzjoni. |
||||||||||||
|
|
|||||||||||||
Spejjeż għat-trasport (1) |
L-ispiża tal-vjaġġ fit-tieni klassi bl-iqsar rotta (2). |
|
||||||||||||
L-ispejjeż tal-ibbukkjar u tal-vjaġġ fi klassi ekonomika, bl-użu tal-irħas tariffa disponibbli fis-suq (APEX, PEX, Excursion, eċċ.) |
|
|||||||||||||
Vjaġġar bejn l-ibliet permezz tal-iqsar rotta |
|
|||||||||||||
|
|
|||||||||||||
Akkomodazzjoni |
Akkomodazzjoni fil-lukanda sa massimu kull lejl stabbilit skont il-pajjiż. Dan l-ammont massimu jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-Sejħa għall-proposti (“Spejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (lukanda) aċċettati mill-Kummissjoni”) |
|
||||||||||||
Akkomodazzjoni fil-lukanda sa ammont massimu kull lejl stabbilit skont il-pajjiż. Dan l-ammont massimu jinsab fl-indirizz tal-internet imsemmi fil-punt 4.1 ta' din is-Sejħa għall-proposti (“Spejjeż massimi għall-akkomodazzjoni (lukanda) aċċettati mill-Kummissjoni”) |
|
|||||||||||||
Ikliet |
Waqt l-implimentazzjoni tal-miżura ta' informazzjoni biss sal-ammont massimu (VAT eskluża) ta'
|
|
||||||||||||
Interpretazzjoni |
|
M’huwa meħtieġ l-ebda dokument ta' ġustifikazzjoni. |
||||||||||||
|
|
|||||||||||||
Traduzzjoni |
|
M’huwa meħtieġ l-ebda dokument ta' ġustifikazzjoni. |
||||||||||||
NB. Paġna waħda tikkorrispondi għal 1 800 karattru mingħajr spazji. |
|
|||||||||||||
Ħlasijiet għal konsulenti u kelliema |
Sa ammont massimu ta’ EUR 600 għal kull ġurnata (eskluża l-VAT). Il-miżati tal-esperti jew tal-kelliema m’humiex eliġibbli fejn il-persuni kkonċernati jkunu ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali, Komunitarji jew internazzjonali jew membri jew impjegati tal-organizzazzjoni li tirċievi s-sussidju jew ta’ organizzazzjoni assoċjata jew affiljata. L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tat-trasport: ara dawn il-kategoriji ta’ nefqa. |
|
||||||||||||
Il-kiri ta' swali għall-konferenzi u apparat |
NB: Il-kiri tal-kabini għall-interpretazzjoni simultanja huwa limitat għal ammont massimu ta’ EUR 750 kull ġurnata (eskluża l-VAT). |
Fattura li tindika tal-anqas it-titolu tal-miżura ta' informazzjoni, in-natura tat-tagħmir u d-dati ta' meta nkrew is-swali għall-konferenzi u l-apparat.
|
||||||||||||
L-ispejjeż tal-posta |
Is-servizzi postali jew ta' messaġġier użati biex jintbagħtu dokumenti relatati mal-miżura ta' informazzjoni (bħal stediniet, eċċ.). |
Fatturat dettaljat li tindika tal-anqas l-isem u n-numru tad-dokumenti mibgħuta jew riċevuta tal-posta bil-ġustifikazzjoni tal-benefiċjarju.
|
(1) L-ispejjeż għat-trasport komuni biss se jiġu ffinanzjati (ferrovija, ajruplan, dgħajsa). Madankollu wieħed għandu jinnota li It-tariffi tal-karozzi tal-linja, tal-metro, tat-tramm u tat-taxi m’humiex eliġibbli.
(2) Fejn tintuża klassi oħra, l-ispejjeż ikunu eliġibbli biss jekk tiġi ppreżentata dikjarazzjoni mill-kumpanija tat-trasport li tindika l-prezz ta' vjaġġ fit-tieni klassi. F'dan il-każ, in-nefqa eliġibbli se tkun limitata għal dak l-ammont.
(3) Riċevuti individwali tar-ristoranti mhumiex aċċettati