EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/186/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5540 – Lion Capital/CEDC/Russian Alcohol Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 186, 8.8.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5540 – Lion Capital/CEDC/Russian Alcohol Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 186/08

1.

Fil-31 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Lion Capital LLP (“Lion Capital”, ir-Renju Unit) u Central European Distribution Corporation (“CEDC”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża CJSC Russian Alcohol Group u tal-kumpaniji sussidjarji tagħha (“Russian Alcohol Group”, ir-Russja) permezz tal-għotja ta’ ċerti drittijiet kontrattwali tal-veto.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Lion Capital: investitur ta' ekwità privata,

għal CEDC: manifattura ta’ tipi ta’ vodka u distibuzzjoni ta’ xarbiet alkoħoliċi,

għar Russian Alcohol Group: manifattura u distribuzzjoni ta’ tipi ta’ vodka u xarbiet alkoħoliċi li jkunu diġa mħallata.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5540 – Lion Capital/CEDC/Russian Alcohol Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top