Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/174/07

    Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu minn pajjiżi terzi

    ĠU C 174, 28.7.2009, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 174/14


    Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu minn pajjiżi terzi

    2009/C 174/07

    I.   SUĠĠETT

    1.

    Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu kopert bil-kodiċi tan-NM 1007 00 90 u li ġej minn pajjiżi terzi.

    2.

    Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 675/2009 (1).

    II.   SKADENZI

    1.

    Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali jagħlaq fis-6 ta' Awwissu 2009 fl-10:00, ħin ta' Brussell.

    Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu nhar ta' Ħamis fid-dati ta' hawn taħt, fl-10:00, ħin ta' Brussell:

    is-27 ta' Awwissu 2009,

    l-10 u l-24 ta’ Settembru 2009,

    il-15 u d-29 ta’ Ottubru 2009,

    it-12 u s-26 ta’ Novembru 2009,

    it-3 u s-17 ta’ Diċembru 2009.

    2.

    Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew is-sostituzzjoni tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-seħjiet parzjali li jitwettqu matul il-perjodu ta' validità ta' din is-sejħa għall-offerti.

    III.   OFFERTI

    1.

    L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f'wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta' riċevuta, jew inkella b'mezzi elettroniċi:

    Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

    Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA)

    C/Beneficencia, 8

    28004 Madrid

    ESPAÑA

    Posta elettronika: intervec@fega.mapya.es

    Feks +34 913104618 / 915219832 / 915224387 / 913476387 / 913474708

    L-offerti li ma jitressqux b'mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f'żewġ envelops ittimbrati. L-envelop ta' ġewwa, ittimbrat, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu — ir-Regolament (KE) Nru 675/2009”.

    L-ebda offerta ma tista' tiġi irtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jikkomunika lill-offerent ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

    2.

    L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 għandhom isisru bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li organizzazzjoni kompetenti tiegħu tkun id-destinazzjoni tal-offerta.

    IV.   GARANZIJA

    Għandu jsir id-depożitu ta' garanzija mal-organizzazzjoni kompetenti.

    V.   ATTRIBUZZJONI TAL-KUNTRATT

    L-attribuzzjoni tal-kuntratt tikkonferixxi:

    (a)

    id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u maħruġa għall-kwantità konċernata;

    (b)

    l-obbligu li titressaq applikazzjoni, fl-Istat Membru msemmi fil-punt a), għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


    (1)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 5.


    Top