This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/174/06
Notice of invitation to tender for the reduction in the import duty on maize originating in third countries
Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi
Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi
ĠU C 174, 28.7.2009, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 174/12 |
Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi
2009/C 174/06
I. SUĠĠETT
1. |
Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi. |
2. |
Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 (1). |
II. SKADENZI
1. |
Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali jagħlaq fis-6 ta' Awwissu 2009 fl-10:00, ħin ta' Brussell. Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu nhar ta' Ħamis fid-dati ta' hawn taħt, fl-10:00, ħin ta' Brussell:
|
2. |
Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew is-sostituzzjoni tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-seħjiet parzjali li jitwettqu matul il-perjodu ta' validità ta' din is-sejħa għall-offerti. |
III. OFFERTI
1. |
L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f'wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta' riċevuta, jew inkella b'mezzi elettroniċi: Indirizz għat-tressiq tal-offerti:
L-offerti li ma jitressqux b'mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f'żewġ envelops ittimbrati. L-envelop ta' ġewwa, ittimbrat, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum – ir-Regolament (KE) Nru 677/2009”. L-ebda offerta ma tista' tiġi irtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jikkomunika lill-offerent ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti. |
2. |
L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isisru bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li organizzazzjoni kompetenti tiegħu tkun id-destinazzjoni tal-offerta. |
IV. GARANZIJA
Għandu jsir id-depożitu ta' garanzija mal-organizzazzjoni kompetenti.
V. ATTRIBUZZJONI TAL-KUNTRATT
L-attribuzzjoni tal-kuntratt tikkonferixxi:
(a) |
id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi d-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u maħruġa għall-kwantità konċernata; |
(b) |
l-obbligu li titressaq applikazzjoni, fl-Istat Membru msemmi fil-punt a), għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità. |
(1) ĠU L 196, 28.7.2009, p. 7.
(2) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.