EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/150A/01

Avviż ta' konkors ġenerali: Uffiċjal tar-Riċerka — Statistiku — Referenza: EF/TA/09/04

ĠU C 150A, 2.7.2009, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 150/1


AVVIŻ TA' KONKORS ĠENERALI: UFFIĊJAL TAR-RIĊERKA — STATISTIKU

REFERENZA: EF/TA/09/04

(2009/C 150 A/01)

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonjiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), b'sede f'Dublin, l-Irlanda, qiegħda tfittex biex timpjega Uffiċjal tar-Riċerka (M/R) — Statistiku.

Il-kariga ta' Uffiċjal tar-Riċerka — Statistiku ser tkun ibbażata fl-Unità tal-Monitoraġġ u l-Istħarriġ li tmexxi l-istrumenti ta' monitoraġġ tal-Eurofound: stħarriġ, osservatorji, dizzjunarji eċċ. L-għan ewlieni ta' dan il-monitoraġġ huwa li jevalwa t-titjib fil-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fl-Ewropea permezz ta' analiżi ta' xejriet, reviżjonijiet sintetiċi, analiżi tad-dejta tal-istħarriġ u ġbir ta' informazzjoni dwar in-negozju.

Bħala l-kandidat magħżul, ikollok l-esperjenza fit-twettiw ta' riċerka f'oqsma relevanti għall-Eurofound u għarfien bil-provi ta' metodoloġiji ta' riċerka, kif ukoll apprezzament ta' metodoloġiji ta' stħarriġ inkluż it-tfassil ta' kampjun, l-iżvilupp ta' kwestjonarji u strumenti oħra tal-istħarriġ, organizzazzjoni tal-ħidma fuq il-post, tindif u l-editjar tad-dejta, il-korrezzjoni tad-distribuzzjoni tad-dejta u l-assigurazzjoni/il-kontroll tal-kwalità.

Ikollok tirrapporta lill-Kap tal-Monitoraġġ u l-Istħarriġ u tikkontribwixxi għall-firxa sħiħa tal-attivitajiet assoċjati mal-istħarriġ u d-dejta tal-istħarriġ, li jista' jvarja — mit-tfassil u t-tħejjija ta' stħarriġ għall-analiżi tad-dejta (li tkun relevanti għall-politika). Tkun involut fit-tmexxija ta' proġetti u tkun mistenni tikkontribwixxi għall-ħidma relatata mat-tmexxija tan-Netwerk tal-Osservatorji Ewropej (NEO) u ma' proġetti oħra skont il-ħtieġa.

Dan il-konkors huwa miftuħ għal kandidati li:

huma ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

huma intitolati għal drittijiet sħaħ bħala ċittadini;

ikunu issodisfaw l-obbligi kollha imposti mil-leġiżlazzjoni dwar is-servizz militari;

ikunu kapaċi juru referenzi dwar il-personalità rigward l-idoneità fil-qadi tad-dmirijiet speċifikati;

ikollhom għarfien sod ta' lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Unjoni, inkluż għarfien eċċellenti tal-Ingliż li hija l-lingwa prinċipali tal-Fondazzjoni;

ikollu edukazzjoni universitarja ta' mill-inqas 4 snin li jwasslu għal lawrja fl-oqsma tax-xjenzi soċjali, l-ekonomija, is-soċjoloġija, il-psikoloġija, l-istatistika, il-matematika jew dixxiplini relatati;

Ikollu tal-inqas sentejn ta' esperjenza professjonali relevanti.

Il-kandidat li jintgħażel ser jiġi reklutat fil-Grupp ta' Funzjoni AD, Grad 5, bħala aġent temporanju b'kuntratt ta' żmien indeterminat.

Dettalji sħaħ tal-kariga kif ukoll l-proċeduri ta' applikazzjoni u selezzjoni jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-postijiet battala tas-sit elettroniku tal-Eurofound: www.eurofound.europa.eu/about/vacancies/. Il-kandidati għandhom jaqraw bir-reqqa l-avviż tal-post battal peress li applikazzjonijiet inkompluti mhumiex ser jiġu permessi jipparteċipaw fil-konkors.

L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu sottomessi fuq formola ta' applikazzjoni uffiċjali li tista' titniżżel mis-sit elettroniku.

Data ta' skadenza għall-applikazzjonijiet: 12 ta' Lulju 2009.


Top