Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/132A/01

    Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)

    ĠU C 132A, 11.6.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CA 132/1


    REKLUTAĠĠ GĦALL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (LONDRA)

    (2009/C 132 A/01)

    L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill — ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1). L-EMEA ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taz-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

    Aktar informazzjoni dwar l–EMEA u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-website tagħna huwa http://www.emea.europa.eu/

    L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riserva għal:

    EMEA/AD/290: Amministratur fis-Settur għall-Informazzjoni Medika, Unità għall-Valutazzjoni ta' wara l-awtorizzazzjoni ta' mediċini għall-użu tal-bniedem (AD 6)

    EMEA/AD/291: Amministratur fis-Settur għall-Informazzjoni Medika, Unità għall-Valutazzjoni ta' wara l-awtorizzazzjoni ta' mediċini għall-użu tal-bniedem (AD 5)

    Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jista' jiġi offert lilhom kuntratt bħala Aġent Temporanju ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, konformi mal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3. 1968).

    Il-post tal-impjieg ikun Londra.

    Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Iżlanda jew tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini.

    Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-website tal-EMEA: http://www.emea.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm

    L-applikazzjonijiet iridu jsiru b'mod elettroniku permezz tal-formola disponibbli fuq il-website tal-EMEA. Applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux iktar tard minn nofsillejl tal-24 ta' Lulju 2009.

    Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-EMEA, meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalalha problemi biex tiproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data perentorja

    Jekk tixtieq tirċievi notifika ta' pubblikazzjonijiet ta' postijiet battâla b'mod elettroniku, jekk jogħġbok irreġistra online fuq http://www.emea.europa.eu/ taħt “Online Mailing Service”


    Top