Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/122/11

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5532 – Carphone Warehouse/Tiscali UK) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 122, 30.5.2009, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 122/26


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5532 – Carphone Warehouse/Tiscali UK)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 122/11

    1.

    Fl-20 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża The Carphone Warehouse Groups PLC (ir-Renju Unit) li hija kollha kemm hi proprjetà tas-sussidjarja TalkTalk Group Limited tar-Renju Unit takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ ta’ Tiscali UK Limited u s-sussidjarji tagħha fir-Renju Unit (ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    The Carphone Warehouse Group Plc tbigħ mowbajls u linji tal-mowbajl fir-Renju Unit u tmien pajjiżi Ewropej oħra. Fir-Renju Unit tipprovdi wkoll aċċess tal-internet broadband u narrowband, u servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet ta’ linji fissi u mowbajl,

    Tiscali UK hija sussidjarja kollha kemm hi tal-impriża Taljana Tiscali SpA li toffri aċċess tal-internet broadband u narrowband, u servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet ta’ linji fissi u servizzi IPTV fir-Renju Unit.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5532 – Carphone Warehouse/Tiscali UK, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussell

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top