Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/122/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5320 – Almeco/Mage/Tinox) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 122, 30.5.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 122/25


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5320 – Almeco/Mage/Tinox)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 122/10

    1.

    Fil-11 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li, permezz tagħha, l-impriżi Almeco GmbH (“Almeco”, il-Ġermanja) (kumpanija kkontrollata totalment minn Almeco Spa, l-Italja) u MAGE Industrie Holding AG (“MAGE”, il-Ġermanja), jiksbu, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll konġunt tal-impriża Tinox GmbH (“Tinox”, il-Ġermanja) kumpanija li bħalissa hija totalment ta' MAGE, permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Almeco: produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni tat-trattament ta' uċuħ tal-metall u rifletturi tad-dawl,

    għal MAGE: produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta' aċċessorji tas-soqfa,

    għal Tinox: produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta' uċuħ li jassorbu ta' selettività għolja (kisi ta' uċuħ tal-metall).

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5320 – Almeco/Mage/Tinox, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussell

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top