Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/043/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4993 — EDF/EnBW/Kogeneracja) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 43, 21.2.2009, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 43/8


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4993 — EDF/EnBW/Kogeneracja)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2009/C 43/07)

    1.

    Fil-11 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża E.D.F. International (Franza), li hi kkontrollata mill-Electricité de France SA (“EDF”, Franza), u Energie Baden-Württemberg AG (“EnBW”, il-Ġermanja), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Zespół Elektrociepłowni Wrocławskich Kogeneracja S.A (“Kogeneracja”, il-Polonja) permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal EDF: il-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku,

    għal EnBW: il-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku,

    għal Kogeneracja: il-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana fil-Polonja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4993 — EDF/EnBW/Kogeneracja, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top