Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/035/08

    Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja — Addendum għas-sejħa għall-proposti 2009 — DĠ EAC/31/08

    ĠU C 35, 12.2.2009, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/18


    Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja — Addendum għas-sejħa għall-proposti 2009 — DĠ EAC/31/08

    (2009/C 35/08)

    1.   Għanijiet u deskrizzjoni

    Dan l-addendum għas-sejħa għall-proposti għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja 2009 (EAC/31/08 ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 255, 8.10.2008, p. 6) jagħmilha possibbli għar-Repubblika tal-Kroazja u għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jipparteċipaw fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja.

    L-addendum huwa bbażat fuq l-istrumenti legali li ġejjin:

    id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja li kienet ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2006;

    il-Ftehim dwar l-Iffinanzjar tas-17 ta' Novembru 2008 bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tal-Programm Nazzjonali għall-Kroazja taħt l-IPA — Il-Komponent ta' Assistenza ta' Tranżizzjoni u ta' Bini ta' Istituzzjonijiet għall-2007 li jipprovdi għall-iffinanzjar Komunitarju, bħala parti mill-Programm Nazzjonali, tal-proġett HR2007/4/3: “Miżuri ta' tħejjija għall-parteċipazzjoni fil-programmi marbuta mat-Tagħlim Tul il-Ħajja u ż-Żgħażagħ fl-Azzjoni”;

    kif ukoll,

    il-Ftehim dwar l-Iffinanzjar bejn il-Gvern tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, iffirmat permezz tal-iskambju tal-ittri fid-29 ta' April u fit-13 ta' Mejju 2008, fir-rigward tal-Programm Nazzjonali (it-tieni parti) għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja skont l-IPA-Il-Komponent ta' Assistenza ta' Tranżizzjoni u ta' Bini ta' Istituzzjonijiet għall-2007 li jipprovdi għall-iffinanzjar Komunitarju, bħala parti mill-Programm Nazzjonali, tal-proġett 4.2 “Miżuri ta' tħejjija għall-programmi marbuta mat-Tagħlim Tul il-Ħajja u ż-Żgħażagħ fl-Azzjoni”.

    2.   Applikanti eliġibbli

    Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja japplika għat-tipi u l-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ u huwa miftuħ għall-entitajiet kollha elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.

    Dan l-addendum hu ddedikat esklużivament għall-istipular tal-kundizzjonijiet applikabbli għal applikanti fir-Repubblika tal-Kroazja u fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-kundizzjonijiet huma mniżżla hawn taħt.

    3.   Ir-Repubblika tal-Kroazja

    3.1.   Baġit u Tul tal-proġetti

    Il-baġit totali ppjanat għar-Repubblika tal-Kroazja hu stmat fl-ammont ta' EUR 643 115. Il-livell ta' għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħalma huma t-tip ta' proġett u l-għadd ta' pajjiżi involuti.

    3.2.   Dati ta' skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet min-naħa tar-Repubblika taċ-Ċina

    Karta Universitarja tal-Erasmus

    fis-16 ta' Marzu 2009

    Comenius, Grundtvig: Taħriġ fuq il-post tax-xogħol

     

    L-1el skadenza:

    fit-30 ta' April 2009

    It-2ni skadenza:

    fil-15 ta' Settembru 2009

    Leonardo da Vinci: Mobbiltà

    fis-16 ta' Marzu 2009

    Erasmus: Il-Mobbiltà tal-istudenti għall-istudji u Il-Mobbiltà tal-persunal: (impenji ta' tagħlim u taħriġ tal-persunal)

    fit-30 ta' Marzu 2009

    Programm Trasversali: Attività prinċipali Nru 1Żjarat ta' studju

    fid-9 ta' April 2009

    Żjarat ta' tħejjija

    Id-data ta' skadenza mfassla mill-Aġenzija Nazzjonali

    NOTA: Taħt is-Sejħa attwali, il-mobbiltà minn pajjiżi oħra li qed jieħdu sehem fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja fir-Repubblika tal-Kroazja ma tistax tkun iffinanzjata mill-fondi tal-programm.

    4.   L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

    4.1.   Baġit u Tul tal-proġetti

    Il-baġit totali ppjanat għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huwa stmat fl-ammont ta' EUR 650 000. Il-livell ta' għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħalma huma t-tip ta' proġett u l-għadd ta' pajjiżi involuti.

    4.2.   Id-dati ta' skadenza għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet min-naħa tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

    Karta Universitarja tal-Erasmus

    fis-16 ta' Marzu 2009

    Comenius, Grundtvig: Taħriġ fuq il-post tax-xogħol

     

    L-1el skadenza:

    fit-30 ta' April 2009

    It-2ni skadenza:

    fil-15 ta' Settembru 2009

    Erasmus: Il-Mobbiltà tal-istudenti għall-istudji u Il-Mobbiltà tal-persunal: (impenji ta' tagħlim u taħriġ tal-persunal)

    fit-30 ta' Marzu 2009

    Programm Trasversali: Attività prinċipali Nru 1Żjarat ta' studju

    fid-9 ta' April 2009

    Żjarat ta' tħejjija

    Id-data ta' skadenza mfassla mill-Aġenzija Nazzjonali

    NOTA: Taħt is-Sejħa attwali, il-mobbiltà minn pajjiżi oħra li qed jieħdu sehem fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma tistax tkun iffinanzjata mill-fondi tal-programm.

    5.   Id-dettalji kollha

    Għal dawn l-azzjonijiet, kif inhuma inklużi fil-programm nazzjonali ta' ħidma, għandha ssir referenza għat-test sħiħ tas-“Sejħa Ġenerali għall-Proposti tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja 2008-2010: aġġornament 2009 — Prijoritjiet Strateġiċi”, flimkien mal-“Gwida tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja”, li jinsabu fuq dan l-indirizz tal-Internet: http://ec.europa.eu/llp

    L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mat-termini kollha tat-test sħiħ tas-sejħa u jridu jintbagħtu fil-formoli pprovduti.


    Top