Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/026/12

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5386 — Penta/Okna Rąbień) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 26, 3.2.2009, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/19


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5386 — Penta/Okna Rąbień)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2009/C 26/12)

    1.

    Fis-27 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 (u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5)) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Penta Holding Limited (“Penta”, ir-Repubblika Ċeka) takkwista skont it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ tal-impriża OKNA Rąbień Sp. zo.o. (“Okna”, il-Polonja) permezz tax-xiri tal-ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Penta: ekwità privata,

    għal Okna: L-assemblaġġ u d-distribuzzjoni ta' twieqi u bibien tal-ħġieġ.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqulha kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5386 — Penta/Okna Rąbień fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top