EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/007/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5450 — Kühne/HGV/TUI/Hapag — Lloyd) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 7, 13.1.2009, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5450 — Kühne/HGV/TUI/Hapag — Lloyd)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 7/11)

1.

Fit-23 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Kühne Holding AG (“Kühne”), HGV Hamburger Gesellschaft für Vermögens- und Beteiligungsmanagement mbH (“HGV”) u TUI AG (“TUI”) (li kollha jinsabu fil-Ġermanja) akkwistaw, skond it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Hapag-Lloyd AG (“HL AG”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Kühne: kumpanija ewlenija, servizzi ta' loġistika inkluż forwarding ta' merkanzija fuq il-baħar, brokerage ta' assikurazzjoni u negozju fil-proprjetà immobbli, trasportazzjoni interna,

għal HGV: kumpanija ewlenija u ta' investiment tal-attivitajiet ta' negozju tal-Belt ta' Hamburg, inklużi servizzi ta' container terminal u ta' loġistika fit-terminals, trasportazzjoni interna,

għal TUI: turiżmu u trasport bil-baħar, tbaħħir ta' bastimenti tal-containers, servizzi ta' bastimenti tal-kroċjeri, trasportazzjoni interna,

għal HL AG: ġarr tal-containers bil-baħar u servizzi f'portijiet b'terminals tal-containers.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5450 — Kühne/HGV/TUI/Hapag — Lloyd, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top