EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/324/07

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-bdiewa kollha rigward is-serħan tal-art mill-2009 'l quddiem

ĠU C 324, 19.12.2008, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 324/11


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-bdiewa kollha rigward is-serħan tal-art mill-2009 'l quddiem

(2008/C 324/07)

Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-bdiewa kollha tal-Komunità għall-fatt li fl-20 ta' Novembru 2008, il-Kunsill għamel ftehim politiku dwar kompromess tal-Presidenza (1) fuq il-proposta (COM(2008) 306 finali (2)) għall-Verifika tas-Saħħa.

B'mod partikolari, il-Kunsill qabel li jabolixxi, b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2009, il-ħtiġijiet għas-serħan tal-art kif stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003 (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (3).

Għaldaqstant, minn dik id-data, il-bdiewa ċertament (4) mhumiex se jkunu obbligati jserrħu l-art mill- produzzjoni sabiex ikunu intitolati għall-ammonti provduti taħt ħlasijiet diretti.

L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tat-test legali li jabolixxi s-serħan tal-art għandhom, madankollu, jseħħu biss wara l-1 ta' Jannar 2009.

Sabiex il-bdiewa jkunu infurmati dwar is-sitwazzjoni li ġejja, il-Kummissjoni diġà ppubblikat Komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali (2008/C 186/06) (5).


(1)  Dokument tal-Kunsill 16049/08: irreferi: http://www.consilium.europa.eu

(2)  COM(2008) 306: Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt ilpolitika agrikola komuni għall-bdiewa u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa; proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar modifiki fil-politika agrikola komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008 u (KE) Nru (…)/2008; proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(4)  Irreferi wkoll għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2007 tas-26 ta' Settembru 2007 b'deroga mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa fir-rigward tal-art imwarrba, għall-2008 (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 1) li permezz tiegħu r-rata tas-serħan tal-art obbligatorja ġiet stipulata għal żero fl-2008.

(5)  ĠU C 186, 23.7.2008, p. 8.


Top