Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/312/09

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Holding (Brussels Airlines)) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 312, 6.12.2008, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 312/15


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Holding (Brussels Airlines))

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 312/09)

    1.

    Fis-26 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Deutsche Lufthansa AG (“Lufthansa”, il-Ġermanja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ tal-impriża SN Airholding SA/NV (“SNAH”, il-Belġju) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal-Lufthansa: trasport bl-arju ta' passiġġieri u tagħbija u servizzi relatati (forniment ta' ikel u xorb waqt it-titjira, servizzi tal-IT, manutenzjoni u tiswija ta' inġenji tal-ajru),

    għal SNAH: trasport bl-arju ta' passiġġieri u tagħbija, forniment ta' ikel u xorb waqt it-titjira.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5335 — Lufthansa/SN Holding (Brussels Airlines), fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top