Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/281/13

    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5333 — Bell/Zimbo) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 281, 5.11.2008, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 281/14


    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5333 — Bell/Zimbo)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 281/13)

    1.

    Fis-27 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bell Holding AG (“Bell”, l-Iżvizzera), li tappartjeni lill-grupp Coop (“Coop”, l-Iżvizzera), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ tal-impriża Zimbo Fleisch- und Wurstwaren GmbH & Co.KG (“Zimbo”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Bell, Coop: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' laħam u zliezet, bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa ta' prodotti tal-konsum ta' kuljum,

    għal Zimbo: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' laħam u zliezet.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5333 — Bell/Zimbo, f'dan l-indirizz:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top