Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/241/11

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5299 — Deutsche Bank/Goldman Sachs/Befraco) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 241, 20.9.2008, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 241/26


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5299 — Deutsche Bank/Goldman Sachs/Befraco)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 241/11)

    1.

    Fl-10 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Deutsche Bank (“Deutsche Bank”, il-Ġermanja) u The Goldman Sachs Group, Inc, (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' Beheer- en Beleggingsmaatschappij Befraco BV (“Befraco”, l-Olanda) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi msemmija huma:

    id-Deutsche Bank: huwa bank kummerċjali bil-kwartieri ġenerali fil-Germanja u jopera madwar id-dinja. Joffri firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi ta' investiment, finanzjarji u oħrajn relatati lil individwi privati, korporazzjonijiet u klijenti istituzzjonali,

    il-Goldman Sachs: jipprovdi servizzi bankarji globali ta' investiment, garanziji u amministrazzjoni ta' kumpaniji ta' investiment li jipprovdu firxa wiesgħa ta' prodotti bankarji, garanziji u servizzi ta' investiment madwar id-dinja,

    għal Befraco: hija attiva fil-kiri finanzjarju.

    3.

    Wara l-ewwel analiżi, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5299 — Deutsche Bank/Goldman Sachs/Befraco, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top